|
+Artikolu 63 4. |
Artikolu 63 4.Il-membri tal-Bord Eżekuttiv imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), għandhom jintgħażlu abbażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien, l-integrità, il-pożizzjoni rikonoxxuta u l-esperjenza fil-qasam tal-AML/CFT, u kwalifiki rilevanti oħra, wara proċedura miftuħa ta’ selezzjoni li għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tħejji lista mqassra ta’ kandidati għall-pożizzjoni ta’ membri tal-Bord Eżekuttiv imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b). Il-Parlament Ewropew jista’ jmexxi seduti ta’ smigħ tal-kandidati inklużi fuq dik il-lista mqassra. Il-Bord Ġenerali għandu jissottometti proposta għall-ħatra tal-membri tal-Bord Eżekuttiv imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), lill-Parlament Ewropew, abbażi tal-lista mqassra mħejjija mill-Kummissjoni. Wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ dik il-proposta, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni biex jaħtar dawk il-membri tal-Bord Eżekuttiv. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata. Matul il-proċess tal-ħatra kollu, il-prinċipji tal-bilanċ bejn il-ġeneri u dak ġeografiku għandhom jitqiesu sa fejn ikun possibbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|