+Artikolu 63
---+Artikolu 63 1.
---+Artikolu 63 2.
---+Artikolu 63 3.
---+Artikolu 63 4.
---+Artikolu 63 5.
---+Artikolu 63 6.
---+Artikolu 63 7.
---+Artikolu 63 8.

Artikolu 63

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 63 1.

Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul minn:

(a) 

il-President tal-Awtorità;

(b) 

ħames membri full-time, inkluż il-Viċi President.

Meta l-Bord Eżekuttiv iwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 64(4), il-punti (a) sa (l), ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jkun intitolat li jipparteċipa fid-dibattiti u għandu jkollu aċċess biss għad-dokumenti li jirrigwardaw dawk il-kompiti.

Artikolu 63 2.
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv mingħajr id-dritt tal-vot.
Artikolu 63 3.
Meta d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 64(2) fir-rigward ta’ entità marbuta b’obbligu magħżula jiġu deliberati, il-membru tal-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni superviżorja mill-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-entità marbuta b’obbligu magħżula kkonċernata jista’ jipparteċipa fid-deliberazzjonijiet matul il-laqgħat rilevanti tal-Bord Eżekuttiv.

Il-membru tal-Bord Ġenerali ma għandux ikun preżenti waqt il-votazzjoni wara tali deliberazzjonijiet.

Artikolu 63 4.
Il-membri tal-Bord Eżekuttiv imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), għandhom jintgħażlu abbażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien, l-integrità, il-pożizzjoni rikonoxxuta u l-esperjenza fil-qasam tal-AML/CFT, u kwalifiki rilevanti oħra, wara proċedura miftuħa ta’ selezzjoni li għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni għandha tħejji lista mqassra ta’ kandidati għall-pożizzjoni ta’ membri tal-Bord Eżekuttiv imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b). Il-Parlament Ewropew jista’ jmexxi seduti ta’ smigħ tal-kandidati inklużi fuq dik il-lista mqassra.

Il-Bord Ġenerali għandu jissottometti proposta għall-ħatra tal-membri tal-Bord Eżekuttiv imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), lill-Parlament Ewropew, abbażi tal-lista mqassra mħejjija mill-Kummissjoni. Wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ dik il-proposta, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni biex jaħtar dawk il-membri tal-Bord Eżekuttiv. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

Matul il-proċess tal-ħatra kollu, il-prinċipji tal-bilanċ bejn il-ġeneri u dak ġeografiku għandhom jitqiesu sa fejn ikun possibbli.

Artikolu 63 5.
Il-mandat tal-ħames membri tal-Bord Eżekuttiv imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), għandu jkun ta’ erba’ snin. Matul it-12-il xahar ta’ qabel it-tmiem tal-mandat ta’ erba’ snin tiegħu, il-Bord Eżekuttiv, il-Bord Ġenerali fiż-żewġ kompożizzjonijiet jew kumitat iżgħar magħżul fost il-membri tal-Bord Ġenerali, inkluż rappreżentant tal-Kummissjoni, għandu jwettaq valutazzjoni ta’ dawk il-membri tal-Bord Eżekuttiv. Il-valutazzjoni għandha tqis evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta’ kull membru tal-Bord Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Awtorità. Abbażi tal-valutazzjoni, il-Bord Ġenerali fiż-żewġ kompożizzjonijiet jista’ jipproponi lill-Parlament Ewropew li jestendi l-mandat tagħhom. Tali estensjoni tista’ tingħata darba biss. Wara li l-Parlament Ewropew ikun approva l-proposta tal-Bord Ġenerali, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni biex jestendi l-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv jew tal-membri kkonċernati. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.
Artikolu 63 6.
Il-membri tal-Bord Eżekuttiv imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b) għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess tal-Unjoni kollha kemm hi u la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni, jew minn kwalunkwe gvern u lanqas minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor. L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, il-gvernijiet tal-Istati Membri u l-korpi pubbliċi jew privati kollha għandhom jirrispettaw dik l-indipendenza.
Artikolu 63 7.
Jekk membru tal-Bord Eżekuttiv imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet ta’ dak il-membru jew ikun instab ħati ta’ mġiba ħażina serja, il-Kunsill jista’, filwaqt li jaġixxi fuq inizjattiva proprja jew wara proposta mill-Parlament Ewropew jew mill-Bord Ġenerali fi kwalunkwe waħda mill-kompożizzjonijiet, jadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni biex ineħħi mill-kariga lil dak il-membru tal-Bord Eżekuttiv. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.
Artikolu 63 8.

Matul perjodu ta’ 18-il xahar wara li ma jibqgħux fil-kariga, l-eks membri tal-Bord Eżekuttiv, inkluż il-President u l-Viċi President tal-Awtorità, għandhom jiġu pprojbiti milli jinvolvu ruħhom f’attività okkupazzjonali bi qligħ ma’:

(a) 

entità marbuta b’obbligu magħżula;

(b) 

kwalunkwe entità oħra, meta dan l-aġir iwassal jew jista’ jwassal għal kunflitt mal-interessi leġittimi tal-Awtorità.

Fir-regoli tiegħu għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tiegħu, imsemmija fl-Artikolu 64(4) il-punt (e), il-Bord Eżekuttiv għandu jispeċifika ċ-ċirkostanzi li fihom ikun jeżisti jew jista’ jitqies li jeżisti tali kunflitt ta’ interess.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.