|
+Artikolu 68 1. |
Artikolu 68 1.Il-President tal-Awtorità għandu jintgħażel abbażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien, l-integrità,il-pożizzjoni rikonoxxuta u l-esperjenza fil-qasam tal-ġlieda kontra l-AML/CFT u kwalifiki rilevanti oħra, wara proċedura miftuħa ta’ selezzjoni li għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Parlament Ewropew, l-Kunsill u l-Bord Ġenerali għandhom jinżammu informati kif xieraq dwarha f’kull stadju ta’ dik il-proċedura b’mod f’waqtu. Il-Kummissjoni għandha tfassal lista mqassra tal-anqas ta’ żewġ kandidati kwalifikati għall-pożizzjoni tal-President tal-Awtorità. Il-Parlament Ewropew u l-Bord Ġenerali jistgħu jorganizzaw seduti ta’ smigħ tal-kandidati inklużi fuq dik il-lista mqassra. Il-Bord Ġenerali jista’ joħroġ opinjoni pubblika dwar ir-riżultati tas-seduti ta’ smigħ tiegħu, jew jindirizza l-opinjonijiet tiegħu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta għall-ħatra tal-President tal-Awtorità lill-Parlament Ewropew. Wara l-approvazzjoni mill-Parlament Ewropew ta’ dik il-proposta, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni biex jaħtar il-President tal-Awtorità. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata. B’deroga mit-tieni subparagrafu, għall-ħatra tal-ewwel President tal-Awtorità wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta għall-ħatra tal-President mingħajr l-involviment tal-Bord Ġenerali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|