+Artikolu 70
---+Artikolu 70 1.
---+Artikolu 70 2.
---+Artikolu 70 3.
---+Artikolu 70 4.
---+Artikolu 70 5.
---+Artikolu 70 6.

Artikolu 70

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 70 1.
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Awtorità skont l-Artikolu 2, il-punt (a), tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 70 2.
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu fl-interessi tal-Unjoni, u b’mod indipendenti minn kwalunkwe interess speċifiku.
Artikolu 70 3.
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimmaniġġja l-Awtorità. Id-Direttur Eżekuttiv għandu obbligu ta’ rendikont lejn il-Bord Eżekuttiv. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni u tal-Bord Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun indipendenti fit-twettiq ta’ dmirijietu u la għandu jfittex u lanqas jieħu istruzzjonijiet mingħand istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, u lanqas minn xi gvern jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor.
Artikolu 70 4.
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jintgħażel abbażi tal-mertu u tal-ħiliet amministrattivi, baġitarji u maniġerjali ta’ livell għoli dokumentati, wara proċedura miftuħa ta’ selezzjoni li għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u, kif ikun xieraq, f’siti oħra tal-istampa jew tal-internet. Il-Kummissjoni għandha tfassal lista mqassra tal-anqas ta’ żewġ kandidati kwalifikati għall-pożizzjoni tad-Direttur Eżekuttiv. Il-Bord Eżekuttiv għandu jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv.
Artikolu 70 5.
Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin. Matul id-disa’ xhur ta’ qabel it-tmiem tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord Eżekuttiv għandu jwettaq valutazzjoni li tqis evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u tal-kompiti u l-isfidi futuri tal-Awtorità. Il-Bord Eżekuttiv, wara li jqis l-evalwazzjoni, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba.

Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga mill-Bord Eżekuttiv fuq proposta mill-Kummissjoni.

Artikolu 70 6.
Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma għandux jipparteċipa fi proċedura oħra ta’ selezzjoni għall-istess pożizzjoni fi tmiem il-mandat estiż.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.