|
+Artikolu 71 1. |
Artikolu 71 1.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli mill-ġestjoni ta’ kuljum tal-Awtorità u għandu jimmira li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri, u, safejn ikun possibbli, bejn bilanċ ġeografiku, fi ħdan l-Awtorità. B’mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għal:
(a)
l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-Bord Eżekuttiv;
(b)
it-tħejjija tal-abbozz tad-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni u s-sottomissjoni tiegħu lill-Bord Eżekuttiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;
(c)
l-implimentazzjoni tad-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni u r-rapportar lill-Bord Eżekuttiv dwar l-implimentazzjoni tiegħu;
(d)
it-tħejjija tal-abbozz ta’ rapport annwali konsolidat dwar l-attivitajiet tal-Awtorità u l-preżentazzjoni tiegħu lill-Bord Eżekuttiv għall-valutazzjoni u l-adozzjoni;
(e)
it-tħejjija ta’ pjan ta’ azzjoni bħala segwitu għall-konklużjonijiet ta’ rapporti tal-awditjar u evalwazzjonijiet interni jew esterni, kif ukoll l-investigazzjonijiet mill-OLAF u r-rapportar regolarment dwar il-progress lill-Kummissjoni, lill-Bord Ġenerali u lill-Bord Eżekuttiv;
(f)
il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra, mingħajr ma jippreġudika l-kompetenza investigattiva tal-OLAF permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jiġu skoperti irregolaritajiet, billi jirkupra l-ammonti mħallsa b’mod żbaljat u, fejn ikun xieraq, billi jimponi penali amministrattivi effettivi, proporzjonati u dissważivi, inklużi penali finanzjarji;
(g)
it-tħejjija ta’ strateġija kontra l-frodi għall-Awtorità u l-preżentazzjoni tagħha lill-Bord Eżekuttiv għall-approvazzjoni;
(h)
it-tħejjija ta’ abbozzi ta’ regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità;
(i)
it-tħejjija, bħala parti mill-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni, tal-abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Awtorità skont l-Artikolu 78 u l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha skont l-Artikolu 79;
(j)
it-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ strateġija ta’ sigurtà tal-IT, l-iżgurar ta’ ġestjoni xierqa tar-riskji għall-infrastruttura, is-sistemi u s-servizzi kollha tal-IT, li jiġu żviluppati jew akkwistati mill-Awtorità, kif ukoll finanzjament suffiċjenti għas-sigurtà tal-IT.
(k)
l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali tal-Awtorità taħt il-kontroll tal-Bord Eżekuttiv;
(l)
it-tħejjija ta’ abbozz ta’ rapport li jiddeskrivi l-attivitajiet kollha tal-Awtorità b’taqsima dwar kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|