+Artikolu 71
---+Artikolu 71 1.
---+Artikolu 71 2.
---+Artikolu 71 3.
|
Artikolu 71
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 71 1.
|
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli mill-ġestjoni ta’ kuljum tal-Awtorità u għandu jimmira li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri, u, safejn ikun possibbli, bejn bilanċ ġeografiku, fi ħdan l-Awtorità. B’mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għal:
(a)
l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-Bord Eżekuttiv;
(b)
it-tħejjija tal-abbozz tad-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni u s-sottomissjoni tiegħu lill-Bord Eżekuttiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;
(c)
l-implimentazzjoni tad-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni u r-rapportar lill-Bord Eżekuttiv dwar l-implimentazzjoni tiegħu;
(d)
it-tħejjija tal-abbozz ta’ rapport annwali konsolidat dwar l-attivitajiet tal-Awtorità u l-preżentazzjoni tiegħu lill-Bord Eżekuttiv għall-valutazzjoni u l-adozzjoni;
(e)
it-tħejjija ta’ pjan ta’ azzjoni bħala segwitu għall-konklużjonijiet ta’ rapporti tal-awditjar u evalwazzjonijiet interni jew esterni, kif ukoll l-investigazzjonijiet mill-OLAF u r-rapportar regolarment dwar il-progress lill-Kummissjoni, lill-Bord Ġenerali u lill-Bord Eżekuttiv;
(f)
il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra, mingħajr ma jippreġudika l-kompetenza investigattiva tal-OLAF permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jiġu skoperti irregolaritajiet, billi jirkupra l-ammonti mħallsa b’mod żbaljat u, fejn ikun xieraq, billi jimponi penali amministrattivi effettivi, proporzjonati u dissważivi, inklużi penali finanzjarji;
(g)
it-tħejjija ta’ strateġija kontra l-frodi għall-Awtorità u l-preżentazzjoni tagħha lill-Bord Eżekuttiv għall-approvazzjoni;
(h)
it-tħejjija ta’ abbozzi ta’ regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità;
(i)
it-tħejjija, bħala parti mill-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni, tal-abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Awtorità skont l-Artikolu 78 u l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha skont l-Artikolu 79;
(j)
it-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ strateġija ta’ sigurtà tal-IT, l-iżgurar ta’ ġestjoni xierqa tar-riskji għall-infrastruttura, is-sistemi u s-servizzi kollha tal-IT, li jiġu żviluppati jew akkwistati mill-Awtorità, kif ukoll finanzjament suffiċjenti għas-sigurtà tal-IT.
(k)
l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali tal-Awtorità taħt il-kontroll tal-Bord Eżekuttiv;
(l)
it-tħejjija ta’ abbozz ta’ rapport li jiddeskrivi l-attivitajiet kollha tal-Awtorità b’taqsima dwar kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi.
|
|
Artikolu 71 2.
|
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu miżuri oħra meħtieġa, b’mod partikolari l-adozzjoni ta’ istruzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta’ avviżi, biex jiżgura l-funzjonament tal-Awtorità, f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 71 3.
|
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ li jiġi stazzjonat membru tal-persunal wieħed jew aktar fi Stat Membru ieħor jew aktar għall-iskop tat-twettiq tal-kompiti tal-Awtorità b’mod effiċjenti u effettiv. Qabel ma jiddeċiedi li jistabbilixxi uffiċċju lokali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jikseb il-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni, tal-Bord Eżekuttiv u ta’ kwalunkwe Stat Membru kkonċernat. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-ambitu tal-attivitajiet li għandhom jitwettqu fl-uffiċċju lokali b’mod li jiġu evitati kostijiet bla bżonn u d-duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-Awtorità. Għandu jiġi konkluż ftehim mal-Istati Membru jew mal-Istati Membri kkonċernati kif xieraq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|