+Artikolu 74
---+Artikolu 74 1.
---+Artikolu 74 2.
---+Artikolu 74 3.
---+Artikolu 74 4.
---+Artikolu 74 5.
---+Artikolu 74 6.

Artikolu 74

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 74 1.
Talba għal rieżami tista’ titressaq quddiem il-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami kontra deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 6(1) u l-Artikoli 21, 22, 23 u 77 minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li lilha tkun indirizzata d-deċiżjoni, jew li għaliha tkun ta’ tħassib dirett u individwali.
Artikolu 74 2.
Kwalunkwe talba għal rieżami għandha ssir bil-miktub, inkluża dikjarazzjoni tar-raġunijiet, u għandha tiġi ppreżentata lill-Awtorità fi żmien xahar mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni lill-persuna li titlob ir-rieżami, jew, fin-nuqqas tagħha, mill-jum li fih il-persuna li titlob ir-rieżami tkun saret taf bih.
Artikolu 74 3.
Wara li jiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà tat-talba għal rieżami, il-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami għandu jesprimi opinjoni fi żmien xieraq għall-urġenza tal-kwistjoni u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahrejn minn meta jirċievi t-talba u jgħaddi l-każ għat-tħejjija ta’ deċiżjoni ġdida lill-Bord Eżekuttiv. Il-Bord Eżekuttiv għandu jqis l-opinjoni tal-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami u għandu jadotta minnufih deċiżjoni ġdida. Id-deċiżjoni l-ġdida għandha tħassar id-deċiżjoni inizjali u tissostitwiha b’deċiżjoni ta’ kontenut identiku jew b’deċiżjoni emendata.
Artikolu 74 4.
Talba għal rieżami skont il-paragrafu 2 tista’ tinkludi talba biex tiġi sospiża l-applikazzjoni tad-deċiżjoni soġġetta għal proċedimenti ta’ rieżami. Il-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami jista’, jekk iqis li ċ-ċirkostanzi jirrikjedu dan u b’kont meħud tal-fehma tal-Bord Eżekuttiv, jordna li l-applikazzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni tiġi sospiża sakemm il-Bord Eżekuttiv jadotta deċiżjoni ġdida skont il-paragrafu 3. Jekk il-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami ma jiddeċidix dwar it-talba għal sospensjoni fi żmien 14-il jum, dik it-talba għandha titqies miċħuda.
Artikolu 74 5.
L-opinjoni espressa mill-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami u d-deċiżjoni l-ġdida adottata mill-Bord Eżekuttiv skont dan l-Artikolu għandhom ikunu motivati u nnotifikati lill-partijiet.
Artikolu 74 6.
L-Awtorità għandha tadotta deċiżjoni li tistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.