+Artikolu 75
---+Artikolu 75 1.
---+Artikolu 75 2.
---+Artikolu 75 3.
---+Artikolu 75 4.

Artikolu 75

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 75 1.
Il-membri tal-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami ma għandhom jieħdu sehem fl-ebda proċediment ta’ rieżami jekk ikollhom xi interess personali fil-proċedimenti, jekk qabel kienu involuti bħala rappreżentanti ta’ waħda mill-partijiet fil-proċedimenti, jew jekk kienu pparteċipaw fl-adozzjoni tad-deċiżjoni taħt rieżami.
Artikolu 75 2.
Jekk, għal xi waħda mir-raġunijiet elenkati fil-paragrafu 1 jew għal xi raġuni oħra, membru tal-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami jqis li ma għandux jieħu sehem fi proċediment ta’ rieżami, huwa għandu jinforma b’dan lill-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami.
Artikolu 75 3.
Kwalunkwe parti fil-proċedimenti ta’ rieżami tista’ toġġezzjona għal kwalunkwe membru tal-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami jew għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet elenkati fil-paragrafu 1, jekk ikun hemm suspett li l-membru ma jkunx imparzjali. Kwalunkwe oġġezzjoni bħal din ma għandhiex tkun ammissibbli jekk il-parti fil-proċedimenti ta’ rieżami, waqt li tkun konxja minn raġuni għall-oġġezzjoni, tkun ħadet pass proċedurali. L-ebda oġġezzjoni ma għandha tkun ibbażata fuq in-nazzjonalità tal-membri.
Artikolu 75 4.
Il-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami għandu jiddeċiedi dwar l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membru kkonċernat. Għall-finijiet tat-teħid ta’ dik id-deċiżjoni, il-membru kkonċernat għandu jiġi sostitwit fuq il-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami mis-supplenti tiegħu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.