|
+Artikolu 77 6. |
Artikolu 77 6.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 100 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont tat-tariffa imposta fuq kull entità marbuta b’obbligu magħżula u mhux magħżula soġġetta għal tariffi f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u l-proċedura għall-ġbir ta’ dawk it-tariffi. Meta tkun qiegħda tiżviluppa l-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-ammont individwali tat-tariffi, il-Kummissjoni għandha tqis dan li ġej:
(a)
il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ introjtu tal-entitajiet marbuta b’obbligu fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fl-Unjoni f’konformità ma’ standards kontabilistiċi applikabbli;
(b)
jekk l-entità marbuta b’obbligu kkwalifikatx għal superviżjoni diretta;
(c)
il-klassifikazzjoni tal-profil tar-riskju tal-ML/TF tal-entitajiet marbuta b’obbligu f’konformità mal-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 12(7), il-punt (b);
(d)
l-importanza tal-entità marbuta b’obbligu għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja jew l-ekonomija ta’ Stat Membru wieħed jew aktar jew tal-Unjoni;
(e)
dak l-ammont tat-tariffa li għandu jinġabar minn entitajiet marbuta b’obbligu mhux magħżula fi proporzjon mad-dħul jew il-fatturat tagħhom imsemmi fil-punt (a) ma għandux jaqbeż 20 % tal-ammont tat-tariffa li għandu jinġabar minn entitajiet marbuta b’obbligu magħżula bl-istess livell ta’ introjtu jew fatturat. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu sal-1 ta’ Jannar 2027. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|