+Artikolu 77
---+Artikolu 77 1.
---+Artikolu 77 2.
---+Artikolu 77 3.
---+Artikolu 77 4.
---+Artikolu 77 5.
---+Artikolu 77 6.
|
Artikolu 77
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 77 1.
|
L-Awtorità għandha timponi tariffa superviżorja annwali fuq l-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula kollha msemmija fl-Artikolu 13 u fuq l-entitajiet marbuta b’obbligu mhux magħżula li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 12(1). It-tariffi għandhom ikopru n-nefqa mġarrba mill-Awtorità fir-rigward tal-kompiti relatati mas-superviżjoni u msemmija fil-Kapitolu II, it-Taqsimiet 3 u 4. Dawk it-tariffi ma għandhomx jaqbżu n-nefqa relatata ma’ dawk il-kompiti. Meta dawk il-kriterji ma jiġux irrispettati b’mod sħiħ fi kwalunkwe sena partikolari, l-aġġustamenti meħtieġa għandhom isiru meta jiġu kkalkolati t-tariffi għas-sentejn ta’ wara.
|
|
Artikolu 77 2.
|
L-ammont tat-tariffa imposta fuq kull entità marbuta b’obbligu msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 6.
|
|
Artikolu 77 3.
|
It-tariffi għandhom jiġu kkalkolati fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fl-Unjoni f’konformità mal-istandards kontabilistiċi applikabbli.
|
|
Artikolu 77 4.
|
Il-bażi għall-kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali għal sena kalendarja partikolari għandha tkun in-nefqa relatata mas-superviżjoni diretta u indiretta tal-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula u mhux magħżula soġġetti għal tariffi f’dik is-sena. L-Awtorità tista’ titlob pagamenti bil-quddiem fir-rigward tat-tariffa superviżorja annwali, li għandha tkun ibbażata fuq stima raġonevoli. L-Awtorità għandha tikkomunika mas-superviżur finanzjarju rilevanti qabel ma tiddeċiedi dwar il-livell tat-tariffa finali sabiex tiżgura li s-superviżjoni tibqa’ kosteffettiva u raġonevoli għall-entitajiet kollha marbuta b’obbligu tas-settur finanzjarju. L-Awtorità għandha tikkomunika lill-entitajiet marbuta b’obbligu kkonċernati l-bażi għall-kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligu li jitħallsu t-tariffi speċifikati f’dan l-Artikolu jkun infurzabbli skont il-liġi nazzjonali, u li t-tariffi dovuti jitħallsu kollha.
|
|
Artikolu 77 5.
|
Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tas-superviżuri finanzjarji li jimponu tariffi f’konformità mal-liġi nazzjonali, sal-punt li ma jkunux ġew konferiti kompiti superviżorji lill-Awtorità, jew fir-rigward tal-kostijiet tal-kooperazzjoni mal-Awtorità u l-assistenza tagħha u waqt li jaġixxu fuq l-istruzzjonijiet tagħha, f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 77 6.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 100 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont tat-tariffa imposta fuq kull entità marbuta b’obbligu magħżula u mhux magħżula soġġetta għal tariffi f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u l-proċedura għall-ġbir ta’ dawk it-tariffi. Meta tkun qiegħda tiżviluppa l-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-ammont individwali tat-tariffi, il-Kummissjoni għandha tqis dan li ġej:
(a)
il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ introjtu tal-entitajiet marbuta b’obbligu fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fl-Unjoni f’konformità ma’ standards kontabilistiċi applikabbli;
(b)
jekk l-entità marbuta b’obbligu kkwalifikatx għal superviżjoni diretta;
(c)
il-klassifikazzjoni tal-profil tar-riskju tal-ML/TF tal-entitajiet marbuta b’obbligu f’konformità mal-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 12(7), il-punt (b);
(d)
l-importanza tal-entità marbuta b’obbligu għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja jew l-ekonomija ta’ Stat Membru wieħed jew aktar jew tal-Unjoni;
(e)
dak l-ammont tat-tariffa li għandu jinġabar minn entitajiet marbuta b’obbligu mhux magħżula fi proporzjon mad-dħul jew il-fatturat tagħhom imsemmi fil-punt (a) ma għandux jaqbeż 20 % tal-ammont tat-tariffa li għandu jinġabar minn entitajiet marbuta b’obbligu magħżula bl-istess livell ta’ introjtu jew fatturat.
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu sal-1 ta’ Jannar 2027.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|