Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 246 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
15
), il-Bord Eżekuttiv għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Awtorità.
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha sat-30 ta’ Settembru tas-sena N+1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat ukoll din it-tweġiba lill-Bord Eżekuttiv.