+Artikolu 80
---+Artikolu 80 1.
---+Artikolu 80 2.
---+Artikolu 80 3.
---+Artikolu 80 4.
---+Artikolu 80 5.
---+Artikolu 80 6.
---+Artikolu 80 7.
---+Artikolu 80 8.
|
Artikolu 80
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 80 1.
|
L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Awtorità għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji għas-sena finanzjarja (sena N) lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara (sena N+1).
|
|
Artikolu 80 2.
|
Sal-31 ta’ Marzu tas-sena N+1, l-Awtorità għandha tibgħat ir-rapport annwali dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri.
|
|
Artikolu 80 3.
|
Sal-31 ta’ Marzu tas-sena N+1, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji tal-Awtorità, ikkonsolidati mal-kontijiet tal-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri.
|
|
Artikolu 80 4.
|
Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 246 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
15
), il-Bord Eżekuttiv għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Awtorità. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha sat-30 ta’ Settembru tas-sena N+1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat ukoll din it-tweġiba lill-Bord Eżekuttiv.
|
|
Artikolu 80 5.
|
L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Awtorità għandu, sal-1 ta’ Lulju tas-sena N+1, jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord Eżekuttiv.
|
|
Artikolu 80 6.
|
Sal-15 ta’ Novembru tas-sena N+1, għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea link għall-paġni tas-sit web li fihom il-kontijiet finali tal-Awtorità.
|
|
Artikolu 80 7.
|
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew, fuq talba tal-Parlament Ewropew, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja kkonċernata, f’konformità mal-Artikolu 261(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
|
|
Artikolu 80 8.
|
Fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, il-Parlament Ewropew għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N+2, jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|