+Artikolu 84
---+Artikolu 84 1.
---+Artikolu 84 2.
---+Artikolu 84 3.
---+Artikolu 84 4.
---+Artikolu 84 5.
---+Artikolu 84 6.
---+Artikolu 84 7.

Artikolu 84

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 84 1.
L-Awtorità għandha l-obbligu ta’ rendikont lejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 84 2.
Fuq bażi annwali, l-Awtorità għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni rapport dwar l-eżekuzzjoni tal-kompiti mogħtija lilha b’dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni dwar l-evoluzzjoni ppjanata tal-istruttura u l-ammont tat-tariffi superviżorji msemmija fl-Artikolu 77. Fir-rigward tal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet li l-Awtorità tkun ħarġet f’konformità mal-Artikolu 54, ir-rapport għandu jkun fih informazzjoni dwar il-konformità mal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa matul is-sena koperta mir-rapport kif ukoll kwalunkwe aġġornament rilevanti dwar il-konformità mal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa qabel. Ir-rapport għandu jsir pubbliku u għandu jinkludi kwalunkwe informazzjoni rilevanti mitluba mill-Parlament Ewropew fuq bażi ad hoc. Il-President tal-Awtorità għandu jippreżenta dak ir-rapport fil-pubbliku lill-Parlament Ewropew.
Artikolu 84 3.
Fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-President tal-Awtorità għandu jipparteċipa f’seduta ta’ smigħ dwar l-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħha mill-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew. Għandha ssir seduta ta’ smigħ tal-anqas darba f’sena. Fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-President tal-Awtorità għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitati rilevanti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb kwalunkwe mistoqsija mill-membri tagħhom, kull meta dan jintalab.
Artikolu 84 4.
Fi żmien sitt ġimgħat minn kull laqgħa tal-Bord Ġenerali, l-Awtorità għandha tal-anqas tagħti lill-Parlament Ewropew rendikont komprensiv u b’sinifikat tal-proċedimenti ta’ dik il-laqgħa li jippermetti li d-diskussjonijiet li jkunu saru f’dik-il-laqgħa jiġu mifhuma, inkluża lista annotata tad-deċiżjonijiet. Tali rendikont m’għandux jirrifletti diskussjonijiet fi ħdan il-Bord Ġenerali rigward entitajiet individwali marbuta b’obbligu jew diskussjonijiet rigward data superviżorja jew rigward l-FIUs, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).
Artikolu 84 5.
L-Awtorità għandha twieġeb b’mod orali jew bil-miktub għall-mistoqsijiet li jsiru lilha mill-Parlament Ewropew fi żmien ħames ġimgħat minn meta jaslu.
Artikolu 84 6.
Fuq talba, il-President tal-Awtorità għandu jorganizza diskussjonijiet orali kunfidenzjali bil-magħluq mal-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew, meta tali diskussjonijiet ikunu meħtieġa għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-Parlament Ewropew skont it-Trattati. Il-parteċipanti kollha għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti tas-segretezza professjonali.
Artikolu 84 7.
Meta tinforma lill-Parlament Ewropew dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kontribut tal-Awtoritajiet għall-azzjoni tal-Unjoni f’fora internazzjonali, l-Awtorità ma għandha tiddivulga l-ebda informazzjoni li tkun irċeviet fit-twettiq ta’ dak il-kompitu meta tali informazzjoni tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità imposti minn partijiet terzi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.