+Artikolu 85
---+Artikolu 85 1.
---+Artikolu 85 2.
---+Artikolu 85 3.
---+Artikolu 85 4.
---+Artikolu 85 5.
|
Artikolu 85
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 85 1.
|
Ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra kif ukoll ir-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex jingħata effett lil dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità għall-kwistjonijiet kollha mhux koperti minn dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 85 2.
|
B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-President tal-Awtorità u l-membri tal-Bord Eżekuttiv imsemmija fl-Artikolu 63(1), il-punt (b), għandhom, rispettivament, ikunu fuq l-istess livell ta’ Membru u r-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-emolumenti u l-età tal-pensjoni, kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/300 (
17
). Għal aspetti mhux koperti minn dan ir-Regolament jew mir-Regolament (UE) 2016/300, ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra għandhom japplikaw b’mod analoġiku.
|
|
Artikolu 85 3.
|
Il-Bord Eżekuttiv, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni neċessarji, f’konformità mal-arranġamenti previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.
|
|
Artikolu 85 4.
|
L-Awtorità tista’ tagħmel użu minn esperti nazzjonali sekondati jew persunal ieħor mhux impjegat mill-Awtorità inklużi d-delegati tal-FIUs.
|
|
Artikolu 85 5.
|
Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta r-regoli rigward il-persunal mill-Istati Membri li għandu jiġi sekondat lill-Awtorità u jaġġornahom kif ikun meħtieġ. Dawk ir-regoli għandhom jinkludu, b’mod partikolari, l-arranġamenti finanzjarji relatati ma’ dak l-issekondar, inklużi l-assigurazzjoni u t-taħriġ. Dawk ir-regoli għandhom iqisu l-fatt li l-membri tal-persunal jiġi ssekondat u li għandhom jiġu stazzjonati bħala persunal tal-Awtorità. Huma għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-istazzjonament. Fejn ikun rilevanti, il-Bord Eżekuttiv għandu jimmira li jiżgura l-konsistenza mar-regoli applikabbli għar-rimborż tal-ispejjeż tal-missjonijiet tal-persunal statutorju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|