B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-President tal-Awtorità u l-membri tal-Bord Eżekuttiv imsemmija fl-Artikolu 63(1), il-punt (b), għandhom, rispettivament, ikunu fuq l-istess livell ta’ Membru u r-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-emolumenti u l-età tal-pensjoni, kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/300 (
17
). Għal aspetti mhux koperti minn dan ir-Regolament jew mir-Regolament (UE) 2016/300, ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra għandhom japplikaw b’mod analoġiku.