+Artikolu 88
---+Artikolu 88 1.
---+Artikolu 88 2.
---+Artikolu 88 3.
---+Artikolu 88 3a.
---+Artikolu 88 4.
---+Artikolu 88 5.

Artikolu 88

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 88 1.
Il-membri tal-Bord Ġenerali u tal-Bord Eżekuttiv, u l-membri kollha tal-persunal tal-Awtorità, inklużi l-uffiċjali ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja, kif ukoll il-persuni l-oħra kollha li jwettqu kompiti għall-Awtorità fuq bażi kuntrattwali, għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 339 tat-TFUE u l-Artikolu 67 tad-Direttiva (UE) 2024/1640, inkluż wara li jkunu ntemmu d-dmirijiet tagħhom.
Artikolu 88 2.
Il-Bord Eżekuttiv għandu jiżgura li l-individwi li jipprovdu kwalunkwe servizz, direttament jew indirettament, b’mod permanenti jew okkażjonali, relatat mal-kompiti tal-Awtorità, inklużi uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-Bord Eżekuttiv jew maħtura mill-awtoritajiet pubbliċi u l-FIUs għal dak il-għan, ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ segretezza professjonali ekwivalenti għal dawk previsti fil-paragrafu 1.
Artikolu 88 3.
Għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti mogħtija lilha b’dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tkun awtorizzata, fil-limiti u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), li tiskambja informazzjoni mal-Unjoni jew mal-awtoritajiet jew mal-korpi nazzjonali fil-każijiet fejn dawk l-atti jippermettu lis-superviżuri finanzjarji jiddivulgaw informazzjoni lil dawk l-entitajiet jew fejn l-Istati Membri jistgħu jipprovdu tali divulgazzjoni skont il-liġi applikabbli tal-Unjoni.
Artikolu 88 3a.
Dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni lill-Awtorità milli tiskambja informazzjoni ma’ awtoritajiet oħra, kif definit fl-Artikolu 92a(12).
Artikolu 88 4.
L-Awtorità għandha tistabbilixxi arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli ta’ kunfidenzjalità msemmija fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 88 5.
L-Awtorità għandha tapplika d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 ( 18 ).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.