L-Awtorità għandha tadotta r-regoli ta’ sigurtà proprji tagħha ekwivalenti għar-regoli ta’ sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea (IKUE) u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (
19
) u (UE, Euratom) 2015/444. Ir-regoli ta’ sigurtà tal-Awtorità għandhom ikopru, fost l-oħrajn, id-dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ tali informazzjoni. Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta r-regoli ta’ sigurtà tal-Awtorità wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni.