+Artikolu 92
---+Artikolu 92 1.
---+Artikolu 92 2.
---+Artikolu 92 3.
---+Artikolu 92 4.
|
Artikolu 92
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 92 1.
|
L-Awtorità għandha tikkoopera u tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet mhux tal-AML/CFT u, fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ tagħrif u bażi kunfidenzjali, ma’ awtoritajiet u korpi nazzjonali oħra kompetenti biex tiġi żgurata l-konformità mad-Direttivi 2009/110/KE, 2009/138/KE, 2014/17/UE, 2014/65/UE u (UE) 2015/2366, u mal-ASEs, fil-limiti tal-mandati rispettivi tagħhom.
|
|
Artikolu 92 2.
|
L-Awtorità għandha tikkonkludi memorandum ta’ qbil mal-awtoritajiet prudenzjali, kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (40), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, mal-ASEs u mal-awtoritajiet biex tiġi żgurata l-konformità mar-Regolament (UE) 2023/1114, filwaqt li jiġi stabbilit f’termini ġenerali l-mod kif se jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni fit-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni fir-rigward tal-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula u tal-entitajiet marbuta b’obbligu mhux magħżula. Fejn jidhrilha li jkun meħtieġ, l-Awtorità tista’ wkoll tikkonkludi memorandum ta’ qbil ma’ kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet jew kwalunkwe wieħed mill-korpi l-oħra msemmija fil-paragrafu 1, u tistabbilixxi f’termini ġenerali l-mod kif se jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni fit-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni fir-rigward tal-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula u tal-entitajiet marbuta b’obbligu mhux magħżula.
|
|
Artikolu 92 3.
|
Sas-27 ta’ Ġunju 2025, l-Awtorità u l-BĊE għandhom jikkonkludu memorandum ta’ qbil li jistabbilixxi l-modalitajiet prattiċi għall-kooperazzjoni u għall-iskambju ta’ informazzjoni fit-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 92 4.
|
L-Awtorità għandha tiżgura kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni effettivi bejn l-awtoritajiet superviżorji kollha fis-sistema superviżorja tal-AML/CFT u l-awtoritajiet u l-korpi rilevanti msemmija fil-paragrafu 1, inkluż fir-rigward tal-aċċess għal kwalunkwe informazzjoni u data fil-bażi tad-data ċentrali tal-AML/CFT imsemmija fl-Artikolu 11.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|