+Artikolu 92a
---+Artikolu 92a 1.
---+Artikolu 92a 2.
---+Artikolu 92a 3.
---+Artikolu 92a 4.
---+Artikolu 92a 5.
---+Artikolu 92a 6.
---+Artikolu 92a 7.
---+Artikolu 92a 8.
---+Artikolu 92a 9.
---+Artikolu 92a 10.
---+Artikolu 92a 11.
---+Artikolu 92a 12.
|
Artikolu 92a
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 92a 1.
|
L-awtorità għandha tikkondividi, fuq bażi regolari jew skont il-każ, informazzjoni li tkun kisbet minn entitajiet marbuta b’obbligu jew l-awtoritajiet l-oħra meta twettaq dmirijietha u li tirriżulta mill-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, mal-awtoritajiet l-oħra fuq talba, dment li l-awtorità rikjedenti tkun intitolata tikseb dik l-informazzjoni minn entitajiet marbuta b’obbligu jew l-awtoritajiet l-oħra skont il-liġi tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 92a 2.
|
L-Awtorità għandha titlob informazzjoni mingħand kwalunkwe awtorità oħra li tkun kisbet dik l-informazzjoni, minflok ma titlobha direttament mill-entitajiet marbuta b’obbligu, dment li l-Awtorità tkun intitolata tikseb dik l-informazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni. L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Awtorità li tikseb l-informazzjoni mitluba mill-entitajiet marbuta b’obbligu meta l-awtorità l-oħra ma tkunx tista’ tikkondividi l-informazzjoni, meta tkun meħtieġa azzjoni urġenti jew meta l-kisba tal-informazzjoni direttament mill-entitajiet marbuta b’obbligu tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tal-Awtorità skont il-liġi tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 92a 3.
|
Talba għall-iskambju ta’ informazzjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tindika l-bażi legali skont il-liġi tal-Unjoni li tintitola lill-awtorità rikjedenti tikseb l-informazzjoni mill-entitajiet marbuta b’obbligu jew mill-awtoritajiet l-oħra. L-awtorità rikjedenti u l-Awtorità għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi tas-segretezza professjonali u tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikoli 88 u 98 u fil-leġiżlazzjoni settorjali li japplikaw għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-entità marbuta b’obbligu u l-awtorità rikjedenti u bejn l-entità marbuta b’obbligu u l-Awtorità.
|
|
Artikolu 92a 4.
|
Meta l-Awtorità tiskambja informazzjoni skont il-paragrafu 1, din għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinforma lil kull awtorità li mingħandhom tkun kisbet l-informazzjoni jew kull entità marbuta b’obbligu, jekk l-informazzjoni tkun inkisbet mill-entità marbuta b’obbligu direttament, dwar l-iskambju. Fil-każ ta’ skambji rikorrenti jew perjodiċi ta’ informazzjoni, l-Awtorità għandha tkun obbligata tinforma lill-entità marbuta b’obbligu jew lill-awtorità li mingħandha tkun kisbet l-informazzjoni darba biss.
|
|
Artikolu 92a 5.
|
B’deroga mill-paragrafu 4, l-Awtorità ma għandhiex tkun obbligata tinforma lill-awtorità jew lill-entità marbuta b’obbligu, kif applikabbli, dwar l-iskambju ta’ informazzjoni meta tiġi ssodisfata waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-informazzjoni tkun ġiet anonimizzata b’tali mod li ma tibqax relatata ma’ xi persuna fiżika identifikata jew identifikabbli u li l-entità marbuta b’obbligu jew entitajiet ġuridiċi oħra ma jibqgħux identifikabbli; jew
(b)
l-informazzjoni tkun ġiet modifikata, aggregata jew ittrattata bi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kontroll tad-divulgazzjoni biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, inkluż is-sigrieti kummerċjali, u biex tiġi protetta d-data personali permezz ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725.
|
|
Artikolu 92a 6.
|
B’deroga mill-paragrafu 4, l-Awtorità ma għandhiex tinforma lill-entità marbuta b’obbligu dwar l-iskambju ta’ informazzjoni jekk tiddetermina, jew tkun infurmata mill-awtorità rikjedenti, li dan jista’ jikkomprometti l-proċedimenti, l-azzjonijiet jew l-investigazzjonijiet superviżorji jew ta’ riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 92a 7.
|
Il-paragrafi 1 sa 6 għandhom japplikaw ukoll għall-informazzjoni li l-Awtorità tkun irċeviet minn entità marbuta b’obbligu jew l-awtoritajiet oħra u li fuqha l-Awtorità tkun sussegwentement wettqet verifiki tal-kwalità jew li l-Awtorità tkun ipproċessat mod ieħor.
|
|
Artikolu 92a 8.
|
Sabiex jiġu ffaċilitati l-iskambji ta’ informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafi 1 sa 7, l-Awtorità u l-awtoritajiet l-oħra jistgħu jidħlu f’memoranda ta’ qbil dwar l-arranġamenti għal tali skambji. Il-memoranda ta’ qbil jistgħu jispeċifikaw ukoll arranġamenti għall-kondiviżjoni tar-riżorsi għall-ġbir u l-ipproċessar ta’ informazzjoni kondiviża. Il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta lill-Awtorità u lill-awtoritajiet l-oħra, tiżviluppa gwida dwar l-elementi ewlenin ta’ tali memoranda ta’ qbil.
|
|
Artikolu 92a 9.
|
Il-paragrafi 1 sa 8 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u ma għandhomx jipprevjenu jew jirrestrinġu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet l-oħra f’konformità ma’ dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament jew ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. F’każ ta’ kunflitt bejn dan l-Artikolu u dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament jew leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tirregola l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet l-oħra, għandhom jipprevalu tali dispożizzjonijiet oħra.
|
|
Artikolu 92a 10.
|
L-Awtorità u s-superviżuri finanzjarji jistgħu, fid-diskrezzjoni tagħhom, jagħtu aċċess għall-informazzjoni miksuba meta jwettqu dmirijiethom għall-użu mill-ġdid minn entitajiet marbuta b’obbligu, riċerkaturi u entitajiet oħra li jkollhom interess leġittimu f’dik informazzjoni għal finijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, dment li l-Awtorità jew s-superviżuri finanzjarji li jagħtu aċċess ikunu żguraw li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
ikunu ttieħdu l-miżuri meħtieġa biex l-informazzjoni tiġi anonimizzata b’mod li jipprevjeni lill-entitajiet individwali marbuta b’obbligu, lis-suġġetti tad-data u, meta tkun l-Awtorità li tagħti aċċess għall-informazzjoni, lill-Istati Membri milli jiġu identifikati;
(b)
l-informazzjoni tkun ġiet immodifikata, aggregata jew ittrattata bi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kontroll dwar divulgazzjoni biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, inklużi s-sigrieti kummerċjali jew il-kontenut kopert mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;
L-informazzjoni riċevuta minn kwalunkwe awtorità għandha tiġi kondiviża skont l-ewwel subparagrafu biss bil-kunsens tal-awtorità li inizjalment tkun kisbet dik l-informazzjoni.
|
|
Artikolu 92a 11.
|
Sal-11 ta’ Novembru 2027, l-Awtorità għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-superviżuri finanzjarji, tirrapporta lura lill-Kummissjoni dwar l-ostakli legali kollha fil-leġiżlazzjoni settorjali li jżommuhom, bi kwalunkwe mod, milli jiskambjaw informazzjoni mal-awtoritajiet l-oħra jew ma’ entitajiet oħrajn. Ir-rapport jista’ jindirizza wkoll rekwiżiti ta’ rappurtar mhux materjali, obsoleti, duplikati jew b’xi mod ieħor irrilevanti. Jista’ jinkludi wkoll suġġerimenti biex tittejjeb il-konsistenza bejn ir-rekwiżiti ta’ rappurtar għall-entitajiet finanzjarji u mhux finanzjarji. Ir-rapport għandu jiġi aġġornat fuq bażi regolari, fejn meħtieġ. Filwaqt li tqis ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-obbligi tas-segretezza professjonali u l-protezzjoni tad-data, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva biex jitneħħew tali ostakli legali fil-leġiżlazzjoni settorjali sabiex jitrawwem l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u ma’ entitajiet oħra.
|
|
Artikolu 92a 12.
|
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ‘awtoritajiet oħra’ tfisser kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet li ġejjin:
(a)
il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, kif stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
20
);
(e)
awtoritajiet kompetenti, kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010;
(f)
awtoritajiet kompetenti, kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010;
(g)
awtoritajiet kompetenti, kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (3), tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010;
(h)
l-awtoritajiet li jiffurmaw il-Mekkaniżmu superviżorju uniku, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (9), tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013;
(i)
il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, kif stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
21
);
(j)
awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2014/59/UE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|