+Artikolu 94
---+Artikolu 94 1.
---+Artikolu 94 2.
---+Artikolu 94 3.
|
Artikolu 94
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 94 1.
|
L-Awtorità tista’ tikkonkludi arranġamenti ta’ ħidma mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni u korpi oħra tal-Unjoni, li jaġixxu fil-qasam tal-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja. Dawk l-arranġamenti ta’ ħidma jistgħu jkunu ta’ natura strateġika, operazzjonali jew teknika, u, b’mod partikolari, għandu jkollhom l-għan li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-partijiet fihom. L-arranġamenti ta’ ħidma la għandhom jiffurmaw il-bażi biex jippermettu l-iskambju ta’ data personali u lanqas ma għandhom jorbtu lill-Unjoni jew lill-Istati Membri tagħha.
|
|
Artikolu 94 2.
|
L-Awtorità għandha tistabbilixxi u żżomm relazzjoni mill-qrib mal-OLAF, mal-Europol, mal-Eurojust, u mal-UPPE. Għal dak il-għan, l-Awtorità għandha tikkonkludi arranġamenti ta’ ħidma separati mal-OLAF, mal-Europol, mal-Eurojust, u mal-UPPE u fihom tistabbilixxi d-dettalji tal-kooperazzjoni tagħhom. Ir-relazzjoni għandu jkollha l-għan, b’mod partikolari, li tiżgura l-iskambju ta’ informazzjoni operazzjonali u strateġika u xejriet fir-rigward tat-theddid tal-ML/TF li qed tiffaċċja l-Unjoni.
|
|
Artikolu 94 3.
|
Sabiex tiġi promossa u ffaċilitata l-kooperazzjoni bla xkiel bejn l-Awtorità u l-Europol, l-Eurojust u l-UPPE, l-arranġamenti ta’ ħidma magħhom għandhom, b’mod partikolari, jipprevedu l-possibbiltà li jiġu stazzjonati uffiċjali ta’ kollegament fil-bini ta’ xulxin, u jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għal dak il-għan.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|