+Artikolu 2 2
|
Artikolu 2 2
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 32, din id-Direttiva tapplika għas-servizzi li ġejjin ipprovduti lill-konsumaturi wara t-28 ta’ Ġunju 2025:
|
(a)
|
servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika bl-eċċezzjoni ta’ servizzi ta’ trasmissjoni użati għall-għoti ta’ servizzi minn magna għal oħra;
|
|
(b)
|
servizzi li jipprovdu aċċess għal servizzi ta’ media awdjoviżiva;
|
|
(c)
|
l-elementi li ġejjin ta’ servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru, bix-xarabank, bil-ferrovija u fuq l-ilma, ħlief għal servizzi tat-trasport urban, suburban u reġjonali li għalihom japplikaw biss l-elementi taħt il-punt v:
|
(ii)
|
servizzi bbażati fuq tagħmir mobbli inkluż applikazzjonijiet mobbli;
|
|
(iii)
|
biljetti elettroniċi u servizzi elettroniċi tal-ħruġ tal-biljetti;
|
|
(iv)
|
forniment ta’ informazzjoni dwar servizzi tat-trasport, inkluż informazzjoni dwar l-ivvjaġġar f’ħin reali; fir-rigward tal-iskrins tal-informazzjoni, dan għandu jkun limitat għal skrins interattivi li jinsabu fit-territorju tal-Unjoni; u
|
|
(v)
|
it-terminals self-service interattivi li jinsabu fit-territorju tal-Unjoni, ħlief dawk installati bħala partijiet integrali minn vetturi, inġenji tal-ajru, bastimenti u vetturi ferrovjarji użati fil-forniment ta’ kwalunkwe parti minn tali servizzi tat-trasport tal-passiġġieri.
|
|
|
(d)
|
servizzi bankarji għall-konsumatur;
|
|
(e)
|
kotba elettroniċi u software ddedikat; u
|
|
(f)
|
servizzi tal-kummerċ elettroniku.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0882
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|