+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 1
---+Artikolu 2 2
---+Artikolu 2 3
---+Artikolu 2 4
---+Artikolu 2 5
|
Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 1
|
1. Din id-Direttiva tapplika għall-prodotti li ġejjin imqiegħda fis-suq wara t-28 ta’ Ġunju 2025:
|
(a)
|
sistemi ta’ hardware tal-kompjuter bi skop ġenerali għall-konsumatur u sistemi operattivi għal dawn is-sistemi ta’ hardware;
|
|
(b)
|
it-terminals self-service li ġejjin:
|
(i)
|
terminals ta’ pagament;
|
|
(ii)
|
it-terminals self-service li ġejjin iddedikati għall-forniment ta’ servizzi koperti minn din id-Direttiva:
|
—
|
magni tal-flus awtomatiċi;
|
|
—
|
terminals self-service interattivi li jipprovdu informazzjoni, eskluż magni installati bħala partijiet integrati ta’ vetturi, inġenji tal-ajru, bastimenti jew vetturi ferrovjarji;
|
|
|
|
(c)
|
tagħmir tat-terminals għall-konsumatur b’kapaċità informatika interattiva, użat għal servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika;
|
|
(d)
|
tagħmir tat-terminals għall-konsumatur b’kapaċità informatika interattiva, użat għall-aċċess ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva; u
|
|
(e)
|
qarrejja elettroniċi.
|
|
|
Artikolu 2 2
|
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 32, din id-Direttiva tapplika għas-servizzi li ġejjin ipprovduti lill-konsumaturi wara t-28 ta’ Ġunju 2025:
|
(a)
|
servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika bl-eċċezzjoni ta’ servizzi ta’ trasmissjoni użati għall-għoti ta’ servizzi minn magna għal oħra;
|
|
(b)
|
servizzi li jipprovdu aċċess għal servizzi ta’ media awdjoviżiva;
|
|
(c)
|
l-elementi li ġejjin ta’ servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru, bix-xarabank, bil-ferrovija u fuq l-ilma, ħlief għal servizzi tat-trasport urban, suburban u reġjonali li għalihom japplikaw biss l-elementi taħt il-punt v:
|
(ii)
|
servizzi bbażati fuq tagħmir mobbli inkluż applikazzjonijiet mobbli;
|
|
(iii)
|
biljetti elettroniċi u servizzi elettroniċi tal-ħruġ tal-biljetti;
|
|
(iv)
|
forniment ta’ informazzjoni dwar servizzi tat-trasport, inkluż informazzjoni dwar l-ivvjaġġar f’ħin reali; fir-rigward tal-iskrins tal-informazzjoni, dan għandu jkun limitat għal skrins interattivi li jinsabu fit-territorju tal-Unjoni; u
|
|
(v)
|
it-terminals self-service interattivi li jinsabu fit-territorju tal-Unjoni, ħlief dawk installati bħala partijiet integrali minn vetturi, inġenji tal-ajru, bastimenti u vetturi ferrovjarji użati fil-forniment ta’ kwalunkwe parti minn tali servizzi tat-trasport tal-passiġġieri.
|
|
|
(d)
|
servizzi bankarji għall-konsumatur;
|
|
(e)
|
kotba elettroniċi u software ddedikat; u
|
|
(f)
|
servizzi tal-kummerċ elettroniku.
|
|
|
Artikolu 2 3
|
3. Din id-Direttiva tapplika għat-tweġib għal komunikazzjonijiet ta’ emerġenza għan-numru uniku Ewropew ta’ emerġenza ‘112’.
|
|
Artikolu 2 4
|
4. Din id-Direttiva ma tapplikax għall-kontenut tas-siti web u l-applikazzjonijiet mobbli li ġej:
|
(a)
|
media temporali rrekordjata minn qabel ippubblikata qabel t-28 ta’ Ġunju 2025;
|
|
(b)
|
formati ta’ fajls burokratiċi ppubblikati qabel t-28 ta’ Ġunju 2025;
|
|
(c)
|
servizzi ta’ mapep u mmappjar online, jekk l-informazzjoni essenzjali tkun ipprovduta b’mod diġitali aċċessibbli għal mapep maħsuba għal użu ta’ navigazzjoni;
|
|
(d)
|
kontenut ta’ parti terza li la jkun iffinanzjat u lanqas żviluppat mill-operatur ekonomiku, u lanqas ma jkun taħt il-kontroll tal-operatur ekonomiku kkonċernat;
|
|
(e)
|
kontenut ta’ siti web u applikazzjonijiet mobbli li jikkwalifika bħala arkivji, jiġifieri li jkun fihom biss kontenut li mhuwiex aġġornat jew editjat wara t-28 ta’ Ġunju 2025.
|
|
|
Artikolu 2 5
|
5. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2017/1564 u r-Regolament (UE) 2017/1563.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0882
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|