+Artikolu 7 Obbligi tal-manifatturi
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
---+Artikolu 7 5
---+Artikolu 7 6
---+Artikolu 7 7
---+Artikolu 7 8
---+Artikolu 7 9
|
Artikolu 7 Obbligi tal-manifatturi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1
|
1. Meta jqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tfasslu u ġew immanifatturati f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli ta’ din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 7 2
|
2. Il-manifatturi għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika f’konformità mal-Anness IV u jwettqu l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbilita f’dak l-Anness jew iqabbdu lil xi ħadd biex jagħmilha.
Fejn ikun intwera, permezz ta’ dik il-proċedura, li prodott huwa konformi mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE u jwaħħlu t-tikketta CE.
|
|
Artikolu 7 3
|
3. Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal ħames snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq.
|
|
Artikolu 7 4
|
4. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkunu ġew stabbiliti proċeduri biex il-produzzjoni tas-serje tibqa’ konformi ma’ din id-Direttiva. Għandu jittieħed kont b’mod adegwat tal-bidliet fid-disinn jew fil-karatteristiċi tal-prodott u tal-bidliet fl-istandards armonizzati, jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, li b’referenza għalihom tiġi ddikjarata l-konformità ta’ prodott.
|
|
Artikolu 7 5
|
5. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tagħhom ikollhom fuqhom numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom jew, fejn id-daqs jew in-natura tal-prodott ma jippermettux dan, li l-informazzjoni meħtieġa għandha tingħata fuq l-imballaġġ jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott.
|
|
Artikolu 7 6
|
6. Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trade mark irreġistrata tagħhom u l-indirizz fejn jistgħu jiġu kkuntattjati rigward il-prodott jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott. L-indirizz irid jindika punt uniku fejn il-manifattur jista’ jiġi kkuntattjat. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti aħħarin u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
|
|
Artikolu 7 7
|
7. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni ta’ sikurezza b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarin oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. Dawn l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni, kif ukoll kwalunkwe tikkettar, għandhom ikunu ċari, jistgħu jinftiehmu u intelliġibbli.
|
|
Artikolu 7 8
|
8. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx f’konformità ma’ din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott jinġieb f’konformità, jew jekk adatt, jirtirawh. Barra minn hekk, fejn il-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà ta’ din id-Direttiva, il-manifatturi għandhom minnufih jinfurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikunu għamlu l-prodott disponibbli għal dak il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nonkonformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda. F’tali każijiet, il-manifatturi għandhom iżommu reġistru tal-prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli u tal-ilmenti relatati.
|
|
Artikolu 7 9
|
9. Il-manifatturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq it-talba tagħha, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex tiġi eliminata n-nonkonformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli ta’ prodotti, li jkunu qiegħdu fis-suq, b’mod partikolari billi jġibu l-prodotti f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0882
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|