+Artikolu 10 Obbligi tad-distributuri
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3
---+Artikolu 10 4
---+Artikolu 10 5
---+Artikolu 10 6
|
Artikolu 10 Obbligi tad-distributuri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1
|
1. Meta jqiegħdu prodott għad-dispożizzjoni fis-suq id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 10 2
|
2. Qabel ma prodott jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-prodott ikollu fuqu t-tikketta CE, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u minn struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarin oħra fl-Istat Membru li fih il-prodott ser jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq u li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(5) u (6) u l-Artikolu 9(4) rispettivament.
|
|
Artikolu 10 3
|
3. Fejn distributur iqis, jew ikollu raġuni biex jemmen, li prodott ma jkunx f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli ta’ din id-Direttiva, id-distributur ma għandux iqiegħed il-prodott għad-dispożizzjoni fis-suq qabel ma dan jinġieb f’konformità. Barra minn hekk, fejn il-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.
|
|
Artikolu 10 4
|
4. Id-distributuri għandhom jiżguraw li, waqt li prodott ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħżin jew ta’ trasport ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli.
|
|
Artikolu 10 5
|
5. Id-distributuri li jqisu, jew li jkollhom raġuni biex jemmnu, li prodott li jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq ma jkunx f’konformità ma’ din id-Direttiva għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott jinġieb f’konformità, jew, jekk adatt, biex jirtirawh. Barra minn hekk, fejn il-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli, id-distributuri għandhom minnufih jinfurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nonkonformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.
|
|
Artikolu 10 6
|
6. Id-distributuri għandhom, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta’ prodott. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq it-talba tagħha, fir-rigward ta’ kwalunkwe azzjoni meħuda biex tiġi eliminata n-nonkonformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli ta’ prodotti, li jkunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0882
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|