+Artikolu 14 Trasformazzjoni fundamentali u piż sproporzjonat
---+Artikolu 14 1
---+Artikolu 14 2
---+Artikolu 14 3
---+Artikolu 14 4
---+Artikolu 14 5
---+Artikolu 14 6
---+Artikolu 14 7
---+Artikolu 14 8
|
Artikolu 14 Trasformazzjoni fundamentali u piż sproporzjonat
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1
|
1. Ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 4 għandhom japplikaw biss sa fejn il-konformità:
|
(a)
|
ma tkunx teħtieġ bidla sinifikanti fi prodott jew servizz li tirriżulta fit-trasformazzjoni fundamentali tan-natura bażika tiegħu; u
|
|
(b)
|
ma tirriżultax fl-impożizzjoni ta’ piż sproporzjonat fuq l-operaturi ekonomiċi kkonċernati.
|
|
|
Artikolu 14 2
|
2. L-operaturi ekonomiċi għandhom iwettqu valutazzjoni dwar jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 4 tintroduċix trasformazzjoni fundamentali jew, abbażi tal-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Anness VI, timponix piż sproporzjonat, kif previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 14 3
|
3. L-operaturi ekonomiċi għandhom jiddokumentaw il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.. L-operaturi ekonomiċi għandhom iżommu r-riżultati rilevanti kollha għal perijodu ta’ ħames snin li għandu jiġi kkalkulat mill-aħħar darba li jkunu qiegħdu prodott għad-dispożizzjoni fis-suq jew wara l-aħħar darba li jkun ġie pprovdut servizz, kif applikabbli. Fuq talba mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq jew mill-awtoritajiet responsabbli mill-verifika tal-konformità tas-servizzi, kif applikabbli, l-operaturi ekonomiċi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet b’kopja tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 14 4
|
4. B’deroga mill-paragrafu 3, il-mikrointrapriżi li jittrattaw prodotti għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit li jiddokumentaw il-valutazzjoni tagħhom. Madankollu, jekk awtorità tas-sorveljanza tas-suq titlob dan, mikrointrapriżi li jittrattaw prodotti u li jkunu għażlu li jserrħu fuq il-paragrafu 1 għandhom jipprovdu lill-awtorità l-fatti rilevanti għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 14 5
|
5. Il-fornituri ta’ servizzi li jserrħu fuq il-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom, fir-rigward ta’ kull kategorija jew tip ta’ servizz, iġeddu l-valutazzjoni tagħhom ta’ jekk il-piż ikunx sproporzjonat:
|
(a)
|
meta s-servizz offrut jiġi ttrasformat; jew
|
|
(b)
|
meta mitluba jagħmlu dan mill-awtoritajiet responsabbli mill-verifika tal-konformità tas-servizzi; u
|
|
(c)
|
fi kwalunkwe każ, mill-inqas kull ħames snin.
|
|
|
Artikolu 14 6
|
6. Fejn l-operaturi ekonomiċi jirċievu finanzjament minn sorsi oħra għajr ir-riżorsi proprji tal-operatur ekonomiku, kemm pubbliċi kif ukoll privati, li jingħata għall-fini ta’ titjib tal-aċċessibbiltà, ma għandhomx ikunu intitolati jserrħu fuq il-punt (b) tal-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 14 7
|
7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 26 biex tissupplementa l-Anness VI billi tispeċifika aktar il-kriterji rilevanti li għandu jittieħed kont tagħhom mill-operatur ekonomiku għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Meta tispeċifika aktar dawk il-kriterji, il-Kummissjoni għandha tqis mhux biss il-benefiċċji potenzjali għall-persuni b’diżabbiltà, iżda wkoll ta’ dawk għal persuni b’limitazzjonijiet funzjonali.
Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel tali att delegat sat-28 ta’ Ġunju 2020. Tali att għandu jibda japplika, l-aktar kmieni fit-28 ta’ Ġunju 2025.
|
|
Artikolu 14 8
|
8. Fejn l-operaturi ekonomiċi jserrħu fuq il-paragrafu 1 għal prodott jew servizz speċifiku għandhom jibagħtu l-informazzjoni għal dak l-għan lill-awtoritajiet rilevanti tas-sorveljanza tas-suq jew lill-awtoritajiet responsabbli għall-verifika tal-konformità tas-servizzi tal-Istat Membru fejn il-prodott speċifiku jitqiegħed fis-suq jew li jiġi pprovdut is-servizz speċifiku.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-mikrointrapriżi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0882
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|