3. L-operaturi ekonomiċi għandhom jiddokumentaw il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.. L-operaturi ekonomiċi għandhom iżommu r-riżultati rilevanti kollha għal perijodu ta’ ħames snin li għandu jiġi kkalkulat mill-aħħar darba li jkunu qiegħdu prodott għad-dispożizzjoni fis-suq jew wara l-aħħar darba li jkun ġie pprovdut servizz, kif applikabbli. Fuq talba mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq jew mill-awtoritajiet responsabbli mill-verifika tal-konformità tas-servizzi, kif applikabbli, l-operaturi ekonomiċi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet b’kopja tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.