3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà ta’ din id-Direttiva fejn ikunu ġew issodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
ma tkun ġiet ippubblikata ebda referenza għall-istandards armonizzati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012; u
|
|
(b)
|
jew:
|
(i)
|
il-Kummissjoni tkun talbet lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex jabbozzaw standard armonizzat u jkun hemm dewmien żejjed fil-proċedura ta’ standardizzazzjoni jew it-talba ma tkun ġiet aċċettata minn ebda organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni; jew
|
|
(ii)
|
il-Kummissjoni tista’ turi li speċifikazzjoni teknika tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, ħlief għar-rekwiżit li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kellhom jiġu żviluppati minn organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ.
|
|
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).