+Artikolu 15 Preżunzjoni ta’ konformità
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
---+Artikolu 15 4

Artikolu 15 Preżunzjoni ta’ konformità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1

1.   Il-prodotti u s-servizzi li jkunu f’konformità mal-istandards armonizzati jew partijiet minnhom li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà ta’ din id-Direttiva sa fejn dawk l-istandards jew partijiet minnhom ikopru dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 15 2

2.   Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, titlob lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex jabbozzaw standards armonizzati għar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tal-prodott stabbiliti fl-Artikolu 4. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-ewwel tali abbozz ta’ talba lill-kumitat rilevanti sat-28 ta’ Ġunju 2021.

Artikolu 15 3

3.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà ta’ din id-Direttiva fejn ikunu ġew issodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ma tkun ġiet ippubblikata ebda referenza għall-istandards armonizzati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012; u

(b)

jew:

(i)

il-Kummissjoni tkun talbet lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex jabbozzaw standard armonizzat u jkun hemm dewmien żejjed fil-proċedura ta’ standardizzazzjoni jew it-talba ma tkun ġiet aċċettata minn ebda organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni; jew

(ii)

il-Kummissjoni tista’ turi li speċifikazzjoni teknika tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, ħlief għar-rekwiżit li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kellhom jiġu żviluppati minn organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

Artikolu 15 4

4.   Il-prodotti u s-servizzi li jkunu f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew ma’ partijiet minnhom għandhom ikunu preżunti li jkunu f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà ta’ din id-Direttiva sa fejn dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew partijiet minnhom ikopru dawk ir-rekwiżiti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0882
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.