2. Wara l-identifikazzjoni tal-entitajiet kritiċi taħt l-Artikolu 6(1), kull Stat Membru għandu jippreżenta l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed:
|
(a)
|
lista ta' servizzi essenzjali f'dak l-Istat Membru fejn hemm kwalunkwe servizz essenzjali addizzjonali meta mqabbla mal-lista tas-servizzi essenzjali msemmija fl-Artikolu 5(1);;
|
|
(b)
|
l-għadd ta' entitajiet kritiċi identifikati għal kull settur u sottosettur stabbiliti fl-Anness u għal kull servizz essenzjali;
|
|
(c)
|
kwalunkwe limitu applikat biex jiġi speċifikat wieħed jew aktar mill-kriterji fil-paragrafu 1.
|
Limiti kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), jistgħu jiġu ppreżentati bħala tali jew f'forma aggregata.
L-Istati Membri għandhom sussegwentement jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu kull fejn meħtieġ u mill-inqas kull erba' snin.