+Artikolu 7 Effett ta' tfixkil sinifikanti
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
|
Artikolu 7 Effett ta' tfixkil sinifikanti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1
|
1. Meta jiddeterminaw is-sinifikat ta' effett ta' tfixkil kif imsemmi fl-Artikolu 6(2), il-punt (c), l-Istati Membri għandhom iqisu l-kriterji li ġejjin:
|
(a)
|
l-għadd ta' utenti li jiddependu fuq is-servizz essenzjali pprovdut mill-entità kkonċernata;
|
|
(b)
|
il-punt sa fejn setturi u sottosetturi oħra stabbiliti fl-Anness jiddependu fuq is-servizz essenzjali inkwistjoni;
|
|
(c)
|
l-impatt li l-inċidenti jista' jkollhom, f'termini ta' grad u tul ta' żmien, fuq l-attivitajiet ekonomiċi u tas-soċjetà, l-ambjent, is-sikurezza u s-sigurtà pubbliċi jew is-saħħa tal-popolazzjoni;
|
|
(d)
|
is-sehem mis-suq tal-entità fis-suq tas-servizz essenzjali jew tas-servizzi essenzjali kkonċernati;
|
|
(e)
|
iż-żona ġeografika li tista' tiġi affettwata minn inċident, inkluż kwalunkwe impatt transfruntier, filwaqt li titqies il-vulnerabbiltà assoċjata mal-grad ta' iżolament ta' ċerti tipi ta' żoni ġeografiċi, bħal reġjuni insulari, reġjuni mbiegħda jew żoni muntanjużi;
|
|
(f)
|
l-importanza tal-entità biex jinżamm livell suffiċjenti tas-servizz essenzjali, filwaqt li titqies id-disponibbiltà ta' mezzi alternattivi għall-forniment ta' dak is-servizz essenzjali.
|
|
|
Artikolu 7 2
|
2. Wara l-identifikazzjoni tal-entitajiet kritiċi taħt l-Artikolu 6(1), kull Stat Membru għandu jippreżenta l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed:
|
(a)
|
lista ta' servizzi essenzjali f'dak l-Istat Membru fejn hemm kwalunkwe servizz essenzjali addizzjonali meta mqabbla mal-lista tas-servizzi essenzjali msemmija fl-Artikolu 5(1);;
|
|
(b)
|
l-għadd ta' entitajiet kritiċi identifikati għal kull settur u sottosettur stabbiliti fl-Anness u għal kull servizz essenzjali;
|
|
(c)
|
kwalunkwe limitu applikat biex jiġi speċifikat wieħed jew aktar mill-kriterji fil-paragrafu 1.
|
Limiti kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), jistgħu jiġu ppreżentati bħala tali jew f'forma aggregata.
L-Istati Membri għandhom sussegwentement jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu kull fejn meħtieġ u mill-inqas kull erba' snin.
|
|
Artikolu 7 3
|
3. Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi msemmi fl-Artikolu 19, tadotta linji gwida mhux vinkolanti biex tiffaċilita l-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, filwaqt li tqis l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2557
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|