+Artikolu 10 Appoġġ tal-Istati Membri għall-entitajiet kritiċi
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3

Artikolu 10 Appoġġ tal-Istati Membri għall-entitajiet kritiċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1

1.   L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-entitajiet kritiċi fit-tisħiħ tar-reżiljenza tagħhom. Dak l-appoġġ jista' jinkludi l-iżvilupp ta' materjali ta' gwida u metodoloġiji, appoġġ għall-organizzazzjoni ta' eżerċizzji biex jittestjaw ir-reżiljenza tagħhom u pariri u taħriġ mogħtija lill-persunal ta' entitajiet kritiċi. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu riżorsi finanzjarji lill-entitajiet kritiċi, fejn meħtieġ u ġġustifikat minn objettivi ta' interess pubbliku.

Artikolu 10 2

2.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorita' kompetenti tiegħu tikkoopera u tiskambja informazzjoni u prattiki tajba mal-entitajiet kritiċi tas-setturi stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 10 3

3.   L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-kondiviżjoni volontarja tal-informazzjoni bejn l-entitajiet kritiċi fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti minn din id-Direttiva, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar, b'mod partikolari, l-informazzjoni klassifikata u sensittiva, il-kompetizzjoni u l-protezzjoni tad-data personali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2557
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.