1. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-entitajiet kritiċi fit-tisħiħ tar-reżiljenza tagħhom. Dak l-appoġġ jista' jinkludi l-iżvilupp ta' materjali ta' gwida u metodoloġiji, appoġġ għall-organizzazzjoni ta' eżerċizzji biex jittestjaw ir-reżiljenza tagħhom u pariri u taħriġ mogħtija lill-persunal ta' entitajiet kritiċi. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu riżorsi finanzjarji lill-entitajiet kritiċi, fejn meħtieġ u ġġustifikat minn objettivi ta' interess pubbliku.