Artikolu 8
Entitajiet kritiċi fis-settur bankarju, fis-settur tal-infrastruttura tas-swieq finanzjarji u fis-settur tal-infrastruttura diġitali
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikolu 11 u l-Kapitoli III, IV u VI ma japplikawx għal entitajiet kritiċi li huma identifikaw fis-setturi stabbiliti fil-punti 3, 4 u 8 tat-tabella fl- Anness. L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali sabiex jiksbu livell ogħla ta' reżiljenza għal dawk l-entitajiet kritiċi, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ikunu konsistenti mal-liġi tal-Unjoni applikabbli.