3. Kontroll tal-isfond kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu, mill-anqas:
|
(a)
|
jikkorrobora l-identità tal-persuna li huwa s-soġġett tal-kontroll tal-isfond;
|
|
(b)
|
jikkontrolla r-rekords kriminali ta' dik il-persuna fir-rigward ta' reati li jistgħu jkunu rilevanti għal pożizzjoni speċifika.
|
Meta jkunu qegħdin iwettqu kontrolli tal-isfond, l-Istati Membri għandhom, jużaw is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali f'konformità mal-proċeduri stipulati fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI u, fejn rilevanti u applikabbli, ir-Regolament (UE) 2019/816 għall-fini li jiksbu l-informazzjoni minn rekords kriminali minn Stati Membri oħra. L-awtoritajiet ċentrali msemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI u fl-Artikolu 3, il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2019/816 għandhom jagħtu tweġibiet għal talbiet għal tali informazzjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data li fiha tkun waslet it-talba f'konformità mal-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI.