2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat u l-mezzi li jirrikjedu, fejn meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont din id-Direttiva, li l-entitajiet skont id-Direttiva (UE) 2022/2555 li l-Istati Membri identifikaw bħala entitajiet kritiċi taħt din id-Direttiva jipprovdu, f'limitu ta' żmien raġonevoli stabbilit minn dawk l-awtoritajiet:
|
(a)
|
l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi vvalutat jekk il-miżuri meħuda minn dawk l-entitajiet biex tiġi żgurata r-reżiljenza tagħhom jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13;
|
|
(b)
|
evidenza tal-implimentazzjoni effettiva ta' dawk il-miżuri, inkluż ir-riżultati ta' awditu mwettaq minn awditur indipendenti u kkwalifikat magħżul minn dik l-entità u mwettaq għal spejjeż tiegħu.
|
Meta jitolbu dik l-informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddikjaraw l-iskop tar-rekwiżit u jispeċifikaw l-informazzjoni meħtieġa.