|
+Artikolu 2 3. |
Artikolu 2 3.Meta grupp jinkludi istituzzjoni ta' kreditu waħda jew aktar, l-istituzzjoni prinċipali tal-UE, l-istituzzjoni kkontrollata minn kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew l-istituzzjoni kkontrollata minn kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, japplikaw l-obbligi stipulati f'dan ir-Regolament fuq bażi kkonsolidata skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-dispożizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-assi ta' pajjiżi terzi miżmumin minn impriża sussidjarja f'pajjiż terz tista' tiġi rikonoxxuta bħala assi likwidi għall-finijiet tal-konsolidazzjoni meta jikkwalifikaw bħala assi likwidi skont il-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz li jistabbilixxu r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità u jekk jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
l-assi jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha stipulati fit-Titolu II ta' dan ir-Regolament;
(ii)
l-assi jonqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżit speċifiku stabbilit fit-Titolu II ta' dan ir-Regolament fir-rigward id-daqs tal-ħruġ tagħhom iżda jintlaħqu r-rekwiżiti kollha l-oħra stipulati hemmhekk. L-assi rikonoxxibbli bis-saħħa tal-punt (ii) jistgħu jiġu rikonoxxuti biss sal-ammont tal-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità taħt kundizzjonijiet ta' tensjoni mġarrba f'munita partikolari li fiha jkunu denominati u li jirriżultaw minn din l-istess impriża sussidjarja;
(b)
il-flussi ta' ħruġ tal-likwidità f'impriża sussidjarja f'pajjiż terz li, skont il-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jistabbilixxi r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità, ikunu soġġetti għal perċentwali ogħla minn dawk speċifikati fit-Titolu III, ikunu soġġetti għal konsolidazzjoni skont ir-rati speċifikati fil-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz;
(c)
il-flussi ta' dħul tal-likwidità f'impriża sussidjarja f'pajjiż terz li, skont il-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jistabbilixxi r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità, ikunu soġġetti għal perċentwali inqas minn dawk speċifikati fit-Titolu III, ikunu soġġetti għal konsolidazzjoni skont ir-rati inqas speċifikati fil-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz;
(d)
id-ditti tal-investiment fil-grupp ikunu soġġetti għall-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament fuq bażi kkonsolidata u għall-Artikolu 412 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'rabta mad-definizzjoni tal-assi likwidi, il-flussi ta' ħruġ u l-flussi ta' dħul tal-likwidità kemm għal finijiet individwali kif ukoll dawk ikkonsolidati. Minbarra kif speċifikat f'dan il-punt, id-ditti tal-investiment jibqgħu soġġetti għar-rekwiżit iddettaljat tal-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità għad-ditti tal-investiment kif inhu stipulat fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri fin-nuqqas tal-ispeċifikazzjoni ta' rekwiżit ta' proporzjon ta' kopertura tal-likwidità f'konformità mal-Artikolu 508 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(e)
f'livell ikkonsolidat l-ammont ta' flussi ta' dħul li jirriżultaw minn istituzzjoni ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 33, fil-paragrafi (3) u (4), jiġu rikonoxxuti biss sal-ammont tal-flussi ta' ħruġ li jirriżultaw mill-istess impriża. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|