+Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni u applikazzjoni
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 3.
|
Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni u applikazzjoni
Kamp ta' applikazzjoni u applikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 1.
|
Dan ir-Regolament japplika għall-istituzzjonijiet ta' kreditu ssorveljati skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
).
|
|
Artikolu 2 2.
|
L-istituzzjonijiet ta' kreditu jikkonformaw ma' dan ir-Regolament fuq bażi individwali f'konformità mal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw kompletament jew parzjalment għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fuq bażi individwali b'rabta ma' istituzzjoni ta' kreditu skont l-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fihom jintlaħqu.
|
|
Artikolu 2 3.
|
Meta grupp jinkludi istituzzjoni ta' kreditu waħda jew aktar, l-istituzzjoni prinċipali tal-UE, l-istituzzjoni kkontrollata minn kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew l-istituzzjoni kkontrollata minn kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, japplikaw l-obbligi stipulati f'dan ir-Regolament fuq bażi kkonsolidata skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-dispożizzjonijiet kollha li ġejjin:
▼M1
(a)
l-assi ta' pajjiżi terzi miżmumin minn impriża sussidjarja f'pajjiż terz tista' tiġi rikonoxxuta bħala assi likwidi għall-finijiet tal-konsolidazzjoni meta jikkwalifikaw bħala assi likwidi skont il-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz li jistabbilixxu r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità u jekk jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
l-assi jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha stipulati fit-Titolu II ta' dan ir-Regolament;
(ii)
l-assi jonqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżit speċifiku stabbilit fit-Titolu II ta' dan ir-Regolament fir-rigward id-daqs tal-ħruġ tagħhom iżda jintlaħqu r-rekwiżiti kollha l-oħra stipulati hemmhekk.
L-assi rikonoxxibbli bis-saħħa tal-punt (ii) jistgħu jiġu rikonoxxuti biss sal-ammont tal-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità taħt kundizzjonijiet ta' tensjoni mġarrba f'munita partikolari li fiha jkunu denominati u li jirriżultaw minn din l-istess impriża sussidjarja;
▼B
(b)
il-flussi ta' ħruġ tal-likwidità f'impriża sussidjarja f'pajjiż terz li, skont il-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jistabbilixxi r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità, ikunu soġġetti għal perċentwali ogħla minn dawk speċifikati fit-Titolu III, ikunu soġġetti għal konsolidazzjoni skont ir-rati speċifikati fil-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz;
(c)
il-flussi ta' dħul tal-likwidità f'impriża sussidjarja f'pajjiż terz li, skont il-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jistabbilixxi r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità, ikunu soġġetti għal perċentwali inqas minn dawk speċifikati fit-Titolu III, ikunu soġġetti għal konsolidazzjoni skont ir-rati inqas speċifikati fil-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz;
(d)
id-ditti tal-investiment fil-grupp ikunu soġġetti għall-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament fuq bażi kkonsolidata u għall-Artikolu 412 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'rabta mad-definizzjoni tal-assi likwidi, il-flussi ta' ħruġ u l-flussi ta' dħul tal-likwidità kemm għal finijiet individwali kif ukoll dawk ikkonsolidati. Minbarra kif speċifikat f'dan il-punt, id-ditti tal-investiment jibqgħu soġġetti għar-rekwiżit iddettaljat tal-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità għad-ditti tal-investiment kif inhu stipulat fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri fin-nuqqas tal-ispeċifikazzjoni ta' rekwiżit ta' proporzjon ta' kopertura tal-likwidità f'konformità mal-Artikolu 508 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(e)
f'livell ikkonsolidat l-ammont ta' flussi ta' dħul li jirriżultaw minn istituzzjoni ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 33, fil-paragrafi (3) u (4), jiġu rikonoxxuti biss sal-ammont tal-flussi ta' ħruġ li jirriżultaw mill-istess impriża.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|