|
+Artikolu 8 6. |
Artikolu 8 6.L-istituzzjonijiet ta' kreditu jiżguraw li d-denominazzjoni tal-munita tal-assi likwidi tagħhom tkun konsistenti mad-distribuzzjoni skont il-munita tal-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità tagħhom. Madankollu, fejn ikun xieraq, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta' kreditu jirrestrinġu l-ispariġġ bejn il-muniti billi jistabbilixxu limiti fuq il-proporzjon tal-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità f'munita li tista' tintlaħaq waqt perjodu ta' tensjoni biż-żamma ta' assi likwidi mhux iddenominati f'din il-munita. Dik ir-restrizzjoni tista' tiġi applikata biss għall-munita tar-rapportar jew munita li tista' tiġi soġġetta għal rapportar separat skont l-Artikolu 415(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Fid-determinazzjoni tal-livell ta' kwalunkwe restrizzjoni fuq spariġġ bejn il-muniti li tista' tiġi applikata skont dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw tal-inqas:
(a)
jekk l-istituzzjoni ta' kreditu jkollhiex il-ħila li twettaq kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
tuża l-assi likwidi biex tiġġenera likwidità fil-munita u l-ġurisdizzjoni li fihom jirriżultaw il-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità;
(ii)
tagħmel swap tal-muniti u tiġbor fondi fi swieq ta' muniti barranin waqt li jkun hemm kundizzjonijiet ta' tensjoni f'konformità mal-perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum tal-kalendarju stipulat fl-Artikolu 4;
(iii)
tittrasferixxi eċċess ta' likwidità minn munita għal oħra u bejn il-ġurisdizzjonijiet u l-entitajiet legali fil-grupp tagħha waqt li jkun hemm kundizzjonijiet ta' stress f'konformità mal-perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum tal-kalendarju stipulat fl-Artikolu 4;
(b)
l-impatt ta' movimenti mhux mistennija u ħżiena fir-rata tal-kambju fuq pożizzjonijiet ta' spariġġ eżistenti u fuq l-effettività ta' kwalunkwe ħeġġ ta' skambju barrani li hemm fis-seħħ. Kull restrizzjoni fuq l-ispariġġ bejn il-muniti, imposta skont dan il-paragrafu, titqies li tikkostitwixxi rekwiżit ta' likwidità speċifiku kif msemmi fl-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|