+Artikolu 8 Rekwiżiti operazzjonali
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.

Artikolu 8 Rekwiżiti operazzjonali

Rekwiżiti operazzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.
L-istituzzjonijiet ta' kreditu jkollhom politiki u limiti fis-seħħ biex jiżguraw li l-investimenti ta' assi likwidi li jikkostitwixxu r-riżerva ta' likwidità tagħhom jibqgħu ddiversifikati b'mod adegwat f'kull ħin. Għal dan l-għan, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jieħdu inkonsiderazzjoni l-firxa tad-diversifikazzjoni bejn id-diversi kategoriji ta' assi likwidi u fi ħdan l-istess kategorija ta' assi likwidi msemmijin fil-Kapitolu 2 ta' dan it-Titolu u kwalunkwe fattur ta' diversifikazzjoni ieħor, bħat-tipi ta' emittenti, il-kontropartijiet jew il-pożizzjoni ġeografika ta' dawn l-emittenti u l-kontropartijiet.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu restrizzjonijiet jew rekwiżiti speċifiċi fuq l-investimenti ta' assi likwidi minn istituzzjoni ta' kreditu biex jiżguraw konformità mar-rekwiżiti stipulati f'dan il-paragrafu. Madankollu, kull restrizzjoni jew rekwiżit bħal dawn ma għandhomx japplikaw għal:

(a) 

il-kategoriji li ġejjin ta' assi tal-livell 1:

(i) 

karti tal-flus u muniti msemmijin fl-Artikolu 10(1)(a);

▼M1

(ii) 

l-iskoperturi għall-gvernijiet ċentrali msemmija fil-punti (b) u (d) tal-Artikolu 10(1);

▼B

(iii) 

assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti minn banek ta' żvilupp multilaterali u minn organizzazzjonijiet internazzjonali msemmijin fl-Artikolu 10(1)(g);

(b) 

il-kategoriji ta' assi tal-livell 1 jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti mill-gvernijiet ċentrali jew reġjonali, mill-awtoritajiet lokali jew mill-entitajiet tas-settur pubbliku msemmijin fl-Artikolu 10(1)(c) u (d), diment li l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha l-assi relevanti biex tkopri l-flussi tal-ħruġ netti tal-likwidità taħt kundizzjonijiet ta' stress fil-munita tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz, jew l-assi jkun maħruġ mill-gvernijiet ċentrali jew reġjonali, mill-awtoritajiet lokali jew mill-entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-istituzzjoni ta' kreditu;

(c) 

il-faċilità ta' likwidità impenjata b'użu ristrett imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 12(1).

Artikolu 8 2.
L-istituzzjonijiet ta' kreditu jkollhom aċċess faċli għall-investimenti tagħhom ta' assi likwidi u għandhom ikunu jistgħu jimmonetizzawhom fi kwalunkwe ħin tul il-perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum tal-kalendarju permezz ta' bejgħ dirett jew ftehim ta' riakkwist fi swieq ta' riakkwist ġeneralment aċċettati. Assi likwidu jitqies bħala aċċessibbli faċilment għal istituzzjoni ta' kreditu meta ma jkunx hemm ostakoli legali jew prattiċi sabiex l-istituzzjoni ta' kreditu tkun tista' timmonetizza t-tali assi fil-ħin.

L-assi użati biex jipprovdu titjib fil-kreditu fi tranżazzjonijiet strutturati jew biex ikopru l-kostijiet operattivi tal-istituzzjonijiet ta' kreditu ma jitqisux bħala aċċessibbli faċilment għal istituzzjoni ta' kreditu.

L-assi miżmumin f'pajjiż terz fejn ikun hemm restrizzjonijiet fuq it-trasferibbiltà ħielsa tagħhom għandhom jitqiesu bħala faċilment aċċessibbli biss diment li l-istituzzjoni ta' kreditu tuża dawk l-assi biex tilħaq il-flussi ta' ħruġ tal-likwidità f'dak il-pajjiż terz. L-assi li jinżammu f'munita mhux konvertibbli għandhom jitqiesu faċilment aċċessibbli biss diment li l-istituzzjoni ta' kreditu tuża dawk l-assi biex tilħaq il-flussi ta' ħruġ tal-likwidità f'dik il-munita.

Artikolu 8 3.

L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jiżguraw li l-assi likwidi tagħhom ikunu kkontrollati minn funzjoni ta' ġestjoni tal-likwidità speċifika fl-istituzzjoni ta' kreditu. Il-konformità ma' dan ir-rekwiżit għandha tintwera lill-awtorità kompetenti billi:

(a) 

tqiegħed l-assi likwidi f'pula separata taħt il-ġestjoni diretta tal-funzjoni tal-likwidità u bl-intenzjoni unika li tużahom bħala sors ta' fondi kontinġenti, inkluż waqt perjodi ta' tensjoni;

▼M1

(b) 

l-implimentazzjoni ta' sistemi u kontrolli interni li jagħtu lill-funzjoni ta' ġestjoni tal-likwidità kontroll operattiv effettiv sabiex timmonetizza l-holdings ta' assi likwidi fi kwalunke ħin fil-perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum kalendarju u sabiex ikun hemm aċċess għall-fondi kontinġenti mingħajr ma jkun hemm kunflitt dirett ma' strateġiji tan-negozju jew tal-ġestjoni tar-riskji eżistenti. B'mod partikolari, assi ma għandux jiġi inkluż fir-riżerva ta' likwidità meta l-monetizzazzjoni tal-assi mingħajr sostituzzjoni tul il-perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum kalendarju tneħħi ħeġġ li joħloq pożizzjoni ta' riskju miftuħa li teċċedi l-limiti interni tal-istituzzjoni ta' kreditu;

▼B

(c) 

ikun hemm taħlita ta' għażliet (a) u (b), diment li l-awtorità kompetenti tkun qieset it-tali taħlita aċċettabbli.

Artikolu 8 4.

L-istituzzjonijiet ta' kreditu jimmonetizzaw regolarment, u tal-anqas darba f'sena, kampjun rappreżentattiv biżżejjed tal-investimenti tal-assi likwidi tagħhom permezz ta' bejgħ dirett jew ta' ftehim ta' riakkwist sempliċi f'suq tar-riakkwist ġeneralment aċċettat. L-istituzzjonijiet ta' kreditu jiżviluppaw strateġiji biex iċedu kampjuni ta' assi likwidi li jkunu adattati biex:

(a) 

jittestjaw l-aċċess għas-suq għal dawn l-assi u l-użu tagħhom;

(b) 

jiċċekkjaw li l-proċeduri tal-istituzzjoni ta' kreditu għall-monetizzazzjoni f'waqtha tal-assi jkunu effettivi;

(c) 

jimminimizzaw ir-riskju li jibagħtu sinjal negattiv lis-suq bħala riżultat tal-monetizzazzjoni tal-assi mill-istituzzjoni ta' kreditu waqt il-perjodi ta' tensjoni.

Ir-rekwiżit stipulat fl-ewwel subparagrafu ma japplikax għall-assi ta' livell 1 imsemmijin fl-Artikolu 10, ħlief bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna, għall-faċilità ta' likwidità impenjata b'użu ristrett imsemmija fis-sottoparagrafu (d) tal-Artikolu 12(1) jew għad-depożiti u finanzjament ieħor ta' likwidità f'netwerks kooperattivi u skemi ta' protezzjoni istituzzjonali msemmijin fl-Artikolu 16.

Għall-assi likwidi miżmuma f’riżerva ta’ likwidità tal-aggregazzjoni ta’ kopertura, ir-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandu jitqies bħala ssodisfat, meta l-istituzzjoni ta’ kreditu regolarment, u mill-inqas darba fis-sena, timmonetizza assi likwidi li jikkostitwixxu kampjun rappreżentattiv biżżejjed tal-parteċipazzjonijiet tagħha ta’ assi fir-riżerva ta’ likwidità tal-aggregazzjoni ta’ kopertura mingħajr ma jkollha għalfejn tkun parti minn dik ir-riżerva ta’ kapital.

Artikolu 8 5.

Ir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 2 ma jżommx lill-istituzzjonijiet ta' kreditu milli jiħħeġġjaw ir-riskju tas-suq assoċjat mal-assi likwidi tagħhom diment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjoni ta' kreditu timplimenta l-ftehimiet interni xierqa skont il-paragrafi 2 u 3 biex tiżgura li dawn l-assi jkomplu jkunu disponibbli faċilment u jkunu kkontrollati mill-funzjoni ta' ġestjoni tal-likwidità;

(b) 

il-flussi ta' ħruġ u dħul netti tal-likwidità li jirriżultaw fl-għeluq kmieni ta' ħeġġ jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tal-assi relevanti skont l-Artikolu 9.

Artikolu 8 6.

L-istituzzjonijiet ta' kreditu jiżguraw li d-denominazzjoni tal-munita tal-assi likwidi tagħhom tkun konsistenti mad-distribuzzjoni skont il-munita tal-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità tagħhom. Madankollu, fejn ikun xieraq, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta' kreditu jirrestrinġu l-ispariġġ bejn il-muniti billi jistabbilixxu limiti fuq il-proporzjon tal-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità f'munita li tista' tintlaħaq waqt perjodu ta' tensjoni biż-żamma ta' assi likwidi mhux iddenominati f'din il-munita. Dik ir-restrizzjoni tista' tiġi applikata biss għall-munita tar-rapportar jew munita li tista' tiġi soġġetta għal rapportar separat skont l-Artikolu 415(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Fid-determinazzjoni tal-livell ta' kwalunkwe restrizzjoni fuq spariġġ bejn il-muniti li tista' tiġi applikata skont dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw tal-inqas:

(a) 

jekk l-istituzzjoni ta' kreditu jkollhiex il-ħila li twettaq kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

tuża l-assi likwidi biex tiġġenera likwidità fil-munita u l-ġurisdizzjoni li fihom jirriżultaw il-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità;

(ii) 

tagħmel swap tal-muniti u tiġbor fondi fi swieq ta' muniti barranin waqt li jkun hemm kundizzjonijiet ta' tensjoni f'konformità mal-perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum tal-kalendarju stipulat fl-Artikolu 4;

(iii) 

tittrasferixxi eċċess ta' likwidità minn munita għal oħra u bejn il-ġurisdizzjonijiet u l-entitajiet legali fil-grupp tagħha waqt li jkun hemm kundizzjonijiet ta' stress f'konformità mal-perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum tal-kalendarju stipulat fl-Artikolu 4;

(b) 

l-impatt ta' movimenti mhux mistennija u ħżiena fir-rata tal-kambju fuq pożizzjonijiet ta' spariġġ eżistenti u fuq l-effettività ta' kwalunkwe ħeġġ ta' skambju barrani li hemm fis-seħħ.

Kull restrizzjoni fuq l-ispariġġ bejn il-muniti, imposta skont dan il-paragrafu, titqies li tikkostitwixxi rekwiżit ta' likwidità speċifiku kif msemmi fl-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.