+Artikolu 15 CIUs
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.

Artikolu 15 CIUs

CIUs

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.

Ishma jew unitajiet f'impriżi ta' investiment kollettiv (“CIUs”) jikkwalifikaw bħala assi likwidi tal-istess livell bħall-assi likwidi sottostanti għall-impriża rilevanti sal-ammont assolut ta' EUR 500 miljun (jew l-ammont ekwivalenti fil-munita domestika) għal kull istituzzjoni ta' kreditu fuq bażi individwali, diment li:

(a) 

tinżamm konformtià mar-rekwiżiti fl-Artikolu 132(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

is-CIU tinvesti biss f'assi u derivattivi likwidi, fil-każ tal-aħħar sa fejn ikun neċessarju biss għall-mitigazzjoni tar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax, tal-valuta jew ta' kreditu fil-portafoll.

Artikolu 15 2.

L-istituzzjonijiet ta' kreditu japplikaw it-telf impost minimu li ġej għall-valur tal-ishma jew l-unitajiet tagħhom f'CIUs skont il-kategorija tal-assi likwidi sottostanti:

(a) 

0 % għal muniti u karti tal-flus u skoperturi għal banek ċentrali msemmija fl-Artikolu 10(1)(b);

(b) 

5 % għal assi ta' livell 1 għajr bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna;

(c) 

12 % għal bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna msemmija fl-Artikolu 10(1)(f);

(d) 

20 % għal assi ta' livell 2 A;

(e) 

30 % għal titolizzazzjonijiet ta' livell 2B sostnuti mis-subkategoriji ta' assi msemmija fil-punti (i), (ii) u (iv) tal-Artikolu 13(2)(g);

(f) 

35 % għal bonds koperti ta' livell 2B msemmija fl-Artikolu 12(1)e;

(g) 

40 % għal titolizzazzjonijiet ta' livell 2B sostnuti mis-subkategoriji ta' assi msemmija fil-punti (iii) u (v) tal-Artikolu 13(2)(g); u

(h) 

55 % għal titoli ta' dejn korporattiv ta' livell 2B msemmija fl-Artikolu 12(1)(b), l-ishma msemmija fl-Artikolu 12(1)(c) u l-assi li ma jagħtux imgħax imsemmija fl-Artikolu 12(1)(f).

Artikolu 15 3.

L-approċċ imsemmi fil-paragrafu 2 ikun applikat kif ġej:

(a) 

meta l-istituzzjoni ta' kreditu tkun taf bl-iskoperturi sottostanti tas-CIU, tista' tinvestiga dawk l-skoperturi sottostanti sabiex tassenjalhom it-telf impost xieraq skont il-paragrafu 2;

▼M1

(b) 

fejn l-istituzzjoni ta' kreditu ma tkunx konxja mill-iskoperturi sottostanti tas-CIU, hi għandha tassumi, għall-finijiet li jiġi ddeterminat il-livell ta' likwidità tal-assi sottostanti u għall-finijiet ta' assenjazzjoni tat-telf impost xieraq għal dawk l-assi, li s-CIU tinvesti f'assi likwidi, sal-ammont massimu permess fil-mandat tagħha, fl-istess ordni axxendenti bħala assi likwidi huma kklassifikati għall-finijiet tal-paragrafu 2, li jibdew mal-assi msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 2 u axxendenti sakemm jintlaħaq il-limitu massimu totali tal-investiment.

▼B

Artikolu 15 4.

L-istituzzjonijiet ta' kreditu jiżviluppaw metodoloġiji u proċessi b'saħħithom biex jikkalkolaw u jirrapportaw il-valur tas-suq u t-telf impost għall-ishma jew unitajiet f'CIUs. Fejn l-iskopertura ma tkunx materjali biżżejjed għal istituzzjoni ta' kreditu biex tiżviluppa l-metodoloġiji tagħha stess u bil-kundizzjoni li, f'kull każ, l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li din il-kundizzjoni ġiet issodisfata, istituzzjoni ta' kreditu tista' sserraħ biss fuq il-partijiet terzi li ġejjin biex tikkalkola u tirrapporta t-telf impost għal ishma jew unitajiet f'CIUs:

(a) 

l-istituzzjoni depożitarja tas-CIU, diment li s-CIU tinvesti b'mod esklussiv f'titoli u tiddepożita t-titoli kollha bħal dawn f'din l-istituzzjoni depożitarja;

(b) 

għal CIUs oħra, il-kumpanija maniġerjali tas-CIU, diment li l-kumpanija maniġerjali tas-CIU tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 132(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Il-korrettezza tal-kalkoli magħmula mill-istituzzjoni depożitorja jew mill-kumpannija tal-ġestjoni tas-CIU meta jiddeterminaw il-valur tas-suq u t-telf impost għal ishma jew unitajiet f'CIUs għandha tiġi kkonfermata minn awditur estern, mill-inqas darba fis-sena.

Artikolu 15 5.
Meta istituzzjoni ta' kreditu tonqos milli tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' ishma jew unitajiet f'CIU, din tieqaf milli tirrikonoxxihom bħala assi likwidi għall-finijiet ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikolu 18.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.