|
+Artikolu 15 2. |
Artikolu 15 2.L-istituzzjonijiet ta' kreditu japplikaw it-telf impost minimu li ġej għall-valur tal-ishma jew l-unitajiet tagħhom f'CIUs skont il-kategorija tal-assi likwidi sottostanti:
(a)
0 % għal muniti u karti tal-flus u skoperturi għal banek ċentrali msemmija fl-Artikolu 10(1)(b);
(b)
5 % għal assi ta' livell 1 għajr bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna;
(c)
12 % għal bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna msemmija fl-Artikolu 10(1)(f);
(d)
20 % għal assi ta' livell 2 A;
(e)
30 % għal titolizzazzjonijiet ta' livell 2B sostnuti mis-subkategoriji ta' assi msemmija fil-punti (i), (ii) u (iv) tal-Artikolu 13(2)(g);
(f)
35 % għal bonds koperti ta' livell 2B msemmija fl-Artikolu 12(1)e;
(g)
40 % għal titolizzazzjonijiet ta' livell 2B sostnuti mis-subkategoriji ta' assi msemmija fil-punti (iii) u (v) tal-Artikolu 13(2)(g); u
(h)
55 % għal titoli ta' dejn korporattiv ta' livell 2B msemmija fl-Artikolu 12(1)(b), l-ishma msemmija fl-Artikolu 12(1)(c) u l-assi li ma jagħtux imgħax imsemmija fl-Artikolu 12(1)(f). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|