+Artikolu 23 Flussi ta' ħruġ addizzjonali tal-likwidità għal prodotti u servizzi oħra
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.

Artikolu 23 Flussi ta' ħruġ addizzjonali tal-likwidità għal prodotti u servizzi oħra

Flussi ta' ħruġ addizzjonali tal-likwidità għal prodotti u servizzi oħra

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 1.

L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jivvalutaw regolarment il-probabbiltà u l-volum potenzjali tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità matul 30 jum kalendarju għall-prodotti jew is-servizzi li mhumiex imsemmija fl-Artikoli 27 sa 31 A u li huma joffru jew jisponsorjaw jew li l-akkwirenti potenzjali jqisuhom bħala li huma assoċjati magħhom. Dawn il-prodotti jew is-servizzi se jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal:

(a) 

obbligi oħrajn li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ jew obbligi ta' finanzjament kontinġenti, inklużi, faċilitajiet ta' finanzjament mhux impenjati;

(b) 

avvanzi u self mhux prelevati lil kontropartijiet operaturi;

(c) 

self ipotekarju li ġie miftiehem iżda li għadu mhux prelevat;

(d) 

karti tal-kreditu;

(e) 

self kurrenti;

(f) 

flussi ta' ħruġ ippjanati relatati mat-tiġdid ta' self għall-konsumaturi jew għall-operaturi jew l-estensjoni ta' self ġdid lill-konsumaturi jew lill-operaturi;

(g) 

l-ammonti pagabbli ta' derivattivi, minbarra l-kuntratti elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-derivattivi ta' kreditu;

(h) 

prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ.

Artikolu 23 2.
Il-flussi ta' ħruġ imsemmija fil-paragrafu 1 jiġu vvalutati bis-suppożizzjoni ta' xenarju ta' stress kombinat idjosinkratiku u fis-suq kollu kif imsemmi fl-Artikolu 5. Għal din il-valutazzjoni, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jikkunsidraw b'mod partikolari d-dannu materjali fir-reputazzjoni li jista' jirriżulta mill-fatt li ma jkunx ingħata appoġġ ta' likwidità lil tali prodotti jew servizzi. L-istituzzjonijiet ta' kreditu jirrapportaw mill-inqas darba fis-sena lill-awtoritajiet kompetenti dawk il-prodotti u servizzi li għalihom il-probabbiltà u l-volum potenzjali ta' flussi ta' ħruġ tal-likwidità msemmija fil-paragrafu 1 huma materjali u l-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw il-flussi ta' ħruġ li għandhom jiġu assenjati. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw rata tal-flussi ta' ħruġ sa 5 % għal prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ barra mill-karta tal-bilanċ kif imsemmi fl-Artikolu 429 u l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Artikolu 23 3.
L-awtoritajiet kompetenti, tal-inqas darba fis-sena, jagħtu rapport lill-EBA dwar it-tipi ta' prodotti jew servizzi li għalihom ikunu ddeterminaw flussi ta' ħruġ abbażi tar-rapporti mill-istituzzjonijiet ta' kreditu, u jinkludu f'dan ir-rapport spjegazzjoni tal-metodoloġija applikata sabiex jiġu ddeterminati l-flussi ta' ħruġ.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.