|
+Artikolu 23 1. |
Artikolu 23 1.L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jivvalutaw regolarment il-probabbiltà u l-volum potenzjali tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità matul 30 jum kalendarju għall-prodotti jew is-servizzi li mhumiex imsemmija fl-Artikoli 27 sa 31 A u li huma joffru jew jisponsorjaw jew li l-akkwirenti potenzjali jqisuhom bħala li huma assoċjati magħhom. Dawn il-prodotti jew is-servizzi se jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal:
(a)
obbligi oħrajn li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ jew obbligi ta' finanzjament kontinġenti, inklużi, faċilitajiet ta' finanzjament mhux impenjati;
(b)
avvanzi u self mhux prelevati lil kontropartijiet operaturi;
(c)
self ipotekarju li ġie miftiehem iżda li għadu mhux prelevat;
(d)
karti tal-kreditu;
(e)
self kurrenti;
(f)
flussi ta' ħruġ ippjanati relatati mat-tiġdid ta' self għall-konsumaturi jew għall-operaturi jew l-estensjoni ta' self ġdid lill-konsumaturi jew lill-operaturi;
(g)
l-ammonti pagabbli ta' derivattivi, minbarra l-kuntratti elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-derivattivi ta' kreditu;
(h)
prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|