|
+Artikolu 25 4. |
Artikolu 25 4.L-istituzzjonijiet ta' kreditu jistgħu jeskludu mill-kalkolu tal-flussi ta' ħruġ ċerti kategoriji ċirkoskritti b'mod ċar ta' depożiti fil-livell tal-konsumatur sakemm f'kull każ l-istituzzjoni ta' kreditu tapplika b'mod rigoruż id-dispożizzjonijiet li ġejjin għall-kategorija sħiħa ta' dawn id-depożiti, għajr meta tkun tista' tiġi ġġustifikata eċċezzjoni fuq il-bażi ta' ċirkostanzi ta' diffikultà għad-depożitant:
(a)
għal 30 jum tal-kalendarju, id-depożitant ma jitħalliex jiġbed id-depożitu; jew
(b)
għal prelevamenti kmieni fi żmien 30 jum tal-kalendarju, id-depożitant irid iħallas penali li tinkludi t-telf ta' mgħax bejn id-data tal-prelevament u d-data tal-maturità kuntrattwali flimkien ma' penali materjali li m'għandhiex taqbeż l-imgħax dovut għaż-żmien li jkun għadda bejn id-data tad-depożitu u d-data tal-prelevament. Jekk sehem mid-depożitu msemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jiġi prelevat mingħajr ma tiġġarrab it-tali penali, dan is-sehem biss għandu jiġi ttrattat bħala depożitu ta' domanda u l-bilanċ li jifdal jiġi ttrattat bħala depożitu b'terminu kif imsemmi f'dan il-paragrafu. It-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 100 % tiġi applikata għad-depożiti kkanċellati b'maturità residwa ta' inqas minn 30 jum tal-kalendarju, u meta jkun intlaħaq ftehim għall-ħlas f'istituzzjoni ta' kreditu oħra. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|