+Artikolu 25 Flussi ta' ħruġ minn depożiti oħrajn fil-livell tal-konsumatur
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
---+Artikolu 25 5.

Artikolu 25 Flussi ta' ħruġ minn depożiti oħrajn fil-livell tal-konsumatur

Flussi ta' ħruġ minn depożiti oħrajn fil-livell tal-konsumatur

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1.
L-istituzzjonijiet ta' kreditu jimmoltiplikaw b'10 % depożiti oħrajn fil-livell tal-konsumatur, inkluża dik il-parti tad-depożiti fil-livell tal-konsumatur li mhijiex koperta mill-Artikolu 24, sakemm ma japplikawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.
Artikolu 25 2.

Depożiti oħrajn fil-livell tal-konsumatur ikunu soġġetti għal rati ogħla ta' fluss ta' ħruġ, kif iddeterminat mill-istituzzjoni ta' kreditu, skont il-paragrafu 3, meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-bilanċ totali tad-depożiti, inklużi l-kontijiet kollha tad-depożiti tal-klijent f'dik l-istituzzjoni ta' kreditu jew il-grupp, jaqbeż il-EUR 500 000 ;

▼M1

(b) 

id-depożitu jkun kont ta' aċċess bl-Internet biss;

▼B

(c) 

id-depożitu joffri rata tal-imgħax li tissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

ir-rata taqbeż b'mod sinifikanti r-rata medja għal prodotti simili għall-konsumatur;

(ii) 

ir-redditu tagħha huwa derivat mir-redditu fuq indiċi tas-suq jew sett ta' indiċijiet;

(iii) 

ir-redditu tagħha huwa derivat minn kwalunkwe varjabbli tas-suq għajr ir-rata tal-imgħax varjabbli;

(d) 

oriġinarjament, id-depożitu tqiegħed għal terminu fiss b'data ta' skadenza li timmatura fil-perjodu ta' 30 jum tal-kalendarju jew id-depożitu jippreżenta perjodu ta' notifika fiss iqsar minn 30 jum tal-kalendarju, skont l-arranġamenti kuntrattwali, għajr dawk id-depożiti li jikkwalifikaw għat-trattament previst fil-paragrafu 4;

(e) 

għal istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Unjoni, il-depożitant huwa residenti f'pajjiż terz jew id-depożitu huwa denominat f'xi munita għajr l-euro jew il-munita domestika ta' Stat Membru. Għal istituzzjonijiet ta' kreditu jew fergħat f'pajjiżi terzi, id-depożitant mhuwiex residenti fil-pajjiż terz jew id-depożitu huwa denominat f'xi munita oħra għajr il-munita domestika tal-pajjiż terz;

Artikolu 25 3.

L-istituzzjonijiet ta' kreditu japplikaw rata ogħla tal-fluss ta' ħruġ iddeterminata kif ġej:

(a) 

meta d-depożiti fil-livell tal-konsumatur jissodisfaw il-kriterju fil-punt (a) jew tnejn mill-kriterji mill-punti minn (b) sa (e) tal-paragrafu 2, tiġi applikata r-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' bejn 10 % u 15 %;

(b) 

meta d-depożiti fil-livell tal-konsumatur jissodisfaw il-punt (a) tal-paragrafu 2 u mill-inqas kriterju ieħor imsemmi fil-paragrafu 2, jew tliet kriterji jew aktar mill-paragrafu 2, tiġi applikata r-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' bejn 15 % u 20 %.

Fuq il-bażi ta' każ b'każ, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw rata ogħla tal-fluss ta' ħruġ meta dan ikun iġġustifikat miċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-istituzzjoni ta' kreditu. L-istituzzjonijiet ta' kreditu japplikaw ir-rata tal-fluss ta' ħruġ imsemmija fil-paragrafu 3(b) għal depożiti fil-livell tal-konsumatur meta l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma tkunx twettqet jew ma tkunx tlestiet.

Artikolu 25 4.

L-istituzzjonijiet ta' kreditu jistgħu jeskludu mill-kalkolu tal-flussi ta' ħruġ ċerti kategoriji ċirkoskritti b'mod ċar ta' depożiti fil-livell tal-konsumatur sakemm f'kull każ l-istituzzjoni ta' kreditu tapplika b'mod rigoruż id-dispożizzjonijiet li ġejjin għall-kategorija sħiħa ta' dawn id-depożiti, għajr meta tkun tista' tiġi ġġustifikata eċċezzjoni fuq il-bażi ta' ċirkostanzi ta' diffikultà għad-depożitant:

(a) 

għal 30 jum tal-kalendarju, id-depożitant ma jitħalliex jiġbed id-depożitu; jew

(b) 

għal prelevamenti kmieni fi żmien 30 jum tal-kalendarju, id-depożitant irid iħallas penali li tinkludi t-telf ta' mgħax bejn id-data tal-prelevament u d-data tal-maturità kuntrattwali flimkien ma' penali materjali li m'għandhiex taqbeż l-imgħax dovut għaż-żmien li jkun għadda bejn id-data tad-depożitu u d-data tal-prelevament.

Jekk sehem mid-depożitu msemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jiġi prelevat mingħajr ma tiġġarrab it-tali penali, dan is-sehem biss għandu jiġi ttrattat bħala depożitu ta' domanda u l-bilanċ li jifdal jiġi ttrattat bħala depożitu b'terminu kif imsemmi f'dan il-paragrafu. It-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 100 % tiġi applikata għad-depożiti kkanċellati b'maturità residwa ta' inqas minn 30 jum tal-kalendarju, u meta jkun intlaħaq ftehim għall-ħlas f'istituzzjoni ta' kreditu oħra.

Artikolu 25 5.
B'deroga mill-paragrafi minn 1 sa 4 u l-Artikolu 24, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jimmoltiplikaw depożiti fil-livell tal-konsumatur li jkunu ħadu f'pajjiżi terzi b'rata tal-fluss ta' ħruġ ta' perċentwal ogħla jekk tali perċentwal ikun previst mil-liġi nazzjonali li tistabbilixxi r-rekwiżiti ta' likwidità f'dan il-pajjiż terz.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.