+Artikolu 28 Flussi ta' ħruġ minn obbligazzjonijiet oħrajn
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 28 5.
---+Artikolu 28 6.
---+Artikolu 28 7.
---+Artikolu 28 8.
---+Artikolu 28 9.

Artikolu 28 Flussi ta' ħruġ minn obbligazzjonijiet oħrajn

Flussi ta' ħruġ minn obbligazzjonijiet oħrajn

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28 1.
L-istituzzjonijiet ta' kreditu jimmoltiplikaw l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn depożiti minn klijenti li huma klijenti mhux finanzjarji, emittenti sovrani, banek ċentrali, banek multilaterali tal-iżvilupp, entitajiet tas-settur pubbliku, għaqdiet ta' kreditu awtorizzati minn awtorità kompetenti, kumpaniji ta' investiment personali jew minn klijenti li huma sensara tad-depożiti, diment li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 27 b'40 %.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, meta l-obbligazzjonijiet imsemmija f'dan is-subparagrafu jkunu koperti minn skema ta' garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE jew id-Direttiva 2014/49/UE jew skema ta' garanzija tad-depożiti ekwivalenti f'pajjiż terz, jiġu mmoltiplikati b'20 %.

Artikolu 28 2.
L-istituzzjonijiet ta' kreditu jimmoltiplikaw l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-ispejjeż operazzjonali tal-istituzzjoni stess b'0 %.
Artikolu 28 3.

►M2  L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jimmultiplikaw l-obbligazzjonijiet li jimmaturaw fi żmien 30 jum tal-kalendarju u li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli jew tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali bi: ◄

(a) 

0 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 10 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 1 imsemmija fl-Artikolu 10, bl-eċċezzjoni tal-bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 10(1);

(b) 

7 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 10 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi tal-kategorija msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 10(1);

(c) 

15 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 11 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2 A msemmija fl-Artikolu 11;

(d) 

25 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 13 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (i), (ii) jew (iv) tal-punt (g) tal-Artikolu 13(2);

(e) 

30 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 12 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi tal-kategorija ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 12(1);

(f) 

35 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 13 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (iii) jew (v) tal-punt (g) tal-Artikolu 13(2);

(g) 

50 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 12 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (b), (c) jew (f) tal-Artikolu 12(1);

(h) 

il-perċentwal tat-telf impost minimu stabbilit f'konformità mal-paragrafi (2) u (3) tal-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament jekk ikunu kollateralizzati minn ishma jew unitajiet fis-CIUs li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 15 bħala assi likwidi tal-istess livell bħall-assi likwidi sottostanti;

(i) 

100 % meta jkunu kollateralizzati minn assi li ma jaqgħux taħt kwalunkwe wieħed mill-punti (a) sa (h) ta' dan is-subparagrafu.

►M2  Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn il-kontroparti għat-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli jew għat-tranżazzjoni mmotivata mis-swieq kapitali tkun il-bank ċentrali domestiku tal-istituzzjoni ta’ kreditu, ir-rata tal-fluss ta’ ħruġ għandha tkun ta’ 0 %. ◄ Madankollu, f'każijiet fejn it-tranżazzjoni ssir permezz ta' fergħa mal-bank ċentrali ta' dak l-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn tinsab il-fergħa, rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 0 % għandha tiġi applikata biss jekk fergħa għandha l-istess aċċess għal-likwidità ta' bank ċentrali, inkluż matul perjodi ta' tensjoni, bħala istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati f'dak l-Istat Membru jew il-pajjiż terz għandhom.

Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, għal tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli jew tranżazzjonijiet immotivati mis-swieq kapitali li jkunu jeħtieġu rata ta’ fluss ta’ ħruġ skont dak is-subparagrafu ogħla minn 25 %, ir-rata tal-fluss ta’ ħruġ għandha tkun 25 % meta l-kontroparti għat-tranżazzjoni tkun kontroparti eliġibbli.

Artikolu 28 4.
L-iswaps kollaterali u tranżazzjonijiet oħrajn b'forma simili, li jimmaturaw fit-30 jum kalendarju li jmiss, għandhom iwasslu għal fluss ta' ħruġ meta l-assi meħud b'self ikun soġġett għal telf impost skont il-Kapitolu 2 li jkun aktar baxx minn dak tal-assi mogħti b'self. Il-fluss ta' ħruġ għandu jiġi kkalkulat billi l-valur tas-suq tal-assi meħud b'self jiġi mmultiplikat bid-differenza bejn ir-rata ta' fluss ta' ħruġ applikabbli għall-assi mogħti b'self u fir-rata ta' fluss ta' ħruġ applikabbli għall-assi b'self determinati f'konformità mar-rati speċifikati fil-paragrafu 3. Għall-finijiet ta' dan il-kalkolu, telf impost fuq il-kredituri ta' 100 % għandu jiġi applikat għal assi li ma jikkwalifikawx bħala assi likwidi.

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn kontroparti għall-iswap kollaterali jew tranżazzjoni oħra fi forma simili huwa l-bank ċentrali domestiku tal-istituzzjoni ta' kreditu, ir-rata tal-fluss ta' ħruġ li għandha tiġi applikata għall-valur tas-suq tal-assi msellef ser tkun ta' 0 %. Madankollu, f'każijiet fejn it-tranżazzjoni ssir permezz ta' fergħa mal-bank ċentrali ta' dak l-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn tinsab il-fergħa, rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 0 % għandha tiġi applikata biss jekk fergħa għandha l-istess aċċess għal-likwidità ta' bank ċentrali, inkluż matul perjodi ta' tensjoni, bħala istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati f'dak l-Istat Membru jew il-pajjiż terz għandhom.

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, għal swaps kollaterali jew tranżazzjonijiet oħra b'forma simili li tkun tirrikjedi rata ta' flussi ta' ħruġ ogħla minn 25 % skont dak tal-ewwel subparagrafu, ir-rata tal-fluss ta' ħruġ li għandha tiġi applikata fuq il-valur tas-suq tal-ass meħud b'self ikun 25 % fejn il-kontroparti hija kontroparti eliġibbli.

Artikolu 28 5.
Il-bilanċi ta' tpaċija miżmuma f'kontijiet segregati relatati ma' reġimi għall-protezzjoni tal-klijent imposti mir-regolamenti nazzjonali jiġu ttrattati bħala flussi ta' ħruġ skont l-Artikolu 32 u jiġu esklużi mill-istokk tal-assi likwidi.
Artikolu 28 6.
L-istituzzjonijiet ta' kreditu japplikaw ir-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 100 % għan-noti, bonds u titoli oħrajn ta' dejn kollha maħruġa mill-istituzzjoni ta' kreditu, sakemm il-bond ma jkunx mibjugħ b'mod esklussiv fis-suq tal-konsumatur u jinżamm f'kont fil-livell tal-konsumatur, f'liema każ dawn l-istrumenti jistgħu jkunu ttrattati bħala l-kategorija xierqa ta' depożiti fil-livell tal-konsumatur. Il-limitazzjonijiet jitqiegħdu b'tali mod li dawn l-istrumenti ma jistgħux jintraw u jinżammu minn partijiet oħrajn apparti l-klijenti konsumaturi.
Artikolu 28 7.
L-assi meħuda b'self fuq bażi mhux garantita u li jimmaturaw fi żmien 30 jum kalendarju li jmiss għandhom jitqiesu li jiġu likwidati kompletament, tant li jwasslu għal fluss ta' ħruġ ta' 100 % tal-assi likwidi, sakemm l-istituzzjoni ta' kreditu ma jkollhiex is-sjieda tal-assi meħuda b'self u l-assi meħuda b'self ma jkunux jifformaw parti mir-riżerva ta' likwidità tal-istituzzjoni ta' kreditu.
Artikolu 28 8.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “bank ċentrali domestiku” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

kull bank ċentrali tal-Eurosistema fejn l-Istat Membru tad-domiċilju tal-istituzzjoni ta' kreditu adotta l-euro bħala l-munita tiegħu;

(b) 

il-bank ċentrali nazzjonali fejn l-Istat Membru tad-domiċilju tal-istituzzjoni ta' kreditu adotta l-euro bħala l-munita tiegħu;

(c) 

il-Bank ċentrali tal-pajjiż terz li fih l-istituzzjoni ta' kreditu tiġi inkorporata.

Artikolu 28 9.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “kontroparti eliġibbli” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-gvern ċentrali, entità tas-settur pubbliku, gvern reġjonali jew awtorità lokali tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-istituzzjoni ta' kreditu;

(b) 

il-gvern ċentrali, entità tas-settur pubbliku, gvern reġjonali jew awtorità lokali tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li fih l-istituzzjoni ta' kreditu hija inkorporata għat-tranżazzjonijiet imwettqa minn dik l-istituzzjoni ta' kreditu;

(c) 

bank multilaterali tal-iżvilupp.

Madankollu, entitajiet tas-settur pubbliku, gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali jgħoddu biss bħala kontroparti eliġibbli fejn huma assenjati piż ta' riskju ta' 20 % jew inqas skont l-Artikolu 115 jew l-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif applikabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.