+Artikolu 28 4.
|
Artikolu 28 4.
L-iswaps kollaterali u tranżazzjonijiet oħrajn b'forma simili, li jimmaturaw fit-30 jum kalendarju li jmiss, għandhom iwasslu għal fluss ta' ħruġ meta l-assi meħud b'self ikun soġġett għal telf impost skont il-Kapitolu 2 li jkun aktar baxx minn dak tal-assi mogħti b'self. Il-fluss ta' ħruġ għandu jiġi kkalkulat billi l-valur tas-suq tal-assi meħud b'self jiġi mmultiplikat bid-differenza bejn ir-rata ta' fluss ta' ħruġ applikabbli għall-assi mogħti b'self u fir-rata ta' fluss ta' ħruġ applikabbli għall-assi b'self determinati f'konformità mar-rati speċifikati fil-paragrafu 3. Għall-finijiet ta' dan il-kalkolu, telf impost fuq il-kredituri ta' 100 % għandu jiġi applikat għal assi li ma jikkwalifikawx bħala assi likwidi. Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn kontroparti għall-iswap kollaterali jew tranżazzjoni oħra fi forma simili huwa l-bank ċentrali domestiku tal-istituzzjoni ta' kreditu, ir-rata tal-fluss ta' ħruġ li għandha tiġi applikata għall-valur tas-suq tal-assi msellef ser tkun ta' 0 %. Madankollu, f'każijiet fejn it-tranżazzjoni ssir permezz ta' fergħa mal-bank ċentrali ta' dak l-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn tinsab il-fergħa, rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 0 % għandha tiġi applikata biss jekk fergħa għandha l-istess aċċess għal-likwidità ta' bank ċentrali, inkluż matul perjodi ta' tensjoni, bħala istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati f'dak l-Istat Membru jew il-pajjiż terz għandhom. Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, għal swaps kollaterali jew tranżazzjonijiet oħra b'forma simili li tkun tirrikjedi rata ta' flussi ta' ħruġ ogħla minn 25 % skont dak tal-ewwel subparagrafu, ir-rata tal-fluss ta' ħruġ li għandha tiġi applikata fuq il-valur tas-suq tal-ass meħud b'self ikun 25 % fejn il-kontroparti hija kontroparti eliġibbli.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|