+Artikolu 28 3.

Artikolu 28 3.

►M2  L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jimmultiplikaw l-obbligazzjonijiet li jimmaturaw fi żmien 30 jum tal-kalendarju u li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli jew tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali bi: ◄

(a) 

0 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 10 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 1 imsemmija fl-Artikolu 10, bl-eċċezzjoni tal-bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 10(1);

(b) 

7 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 10 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi tal-kategorija msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 10(1);

(c) 

15 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 11 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2 A msemmija fl-Artikolu 11;

(d) 

25 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 13 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (i), (ii) jew (iv) tal-punt (g) tal-Artikolu 13(2);

(e) 

30 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 12 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi tal-kategorija ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 12(1);

(f) 

35 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 13 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (iii) jew (v) tal-punt (g) tal-Artikolu 13(2);

(g) 

50 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 12 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (b), (c) jew (f) tal-Artikolu 12(1);

(h) 

il-perċentwal tat-telf impost minimu stabbilit f'konformità mal-paragrafi (2) u (3) tal-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament jekk ikunu kollateralizzati minn ishma jew unitajiet fis-CIUs li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 15 bħala assi likwidi tal-istess livell bħall-assi likwidi sottostanti;

(i) 

100 % meta jkunu kollateralizzati minn assi li ma jaqgħux taħt kwalunkwe wieħed mill-punti (a) sa (h) ta' dan is-subparagrafu.

►M2  Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn il-kontroparti għat-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli jew għat-tranżazzjoni mmotivata mis-swieq kapitali tkun il-bank ċentrali domestiku tal-istituzzjoni ta’ kreditu, ir-rata tal-fluss ta’ ħruġ għandha tkun ta’ 0 %. ◄ Madankollu, f'każijiet fejn it-tranżazzjoni ssir permezz ta' fergħa mal-bank ċentrali ta' dak l-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn tinsab il-fergħa, rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 0 % għandha tiġi applikata biss jekk fergħa għandha l-istess aċċess għal-likwidità ta' bank ċentrali, inkluż matul perjodi ta' tensjoni, bħala istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati f'dak l-Istat Membru jew il-pajjiż terz għandhom.

Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, għal tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli jew tranżazzjonijiet immotivati mis-swieq kapitali li jkunu jeħtieġu rata ta’ fluss ta’ ħruġ skont dak is-subparagrafu ogħla minn 25 %, ir-rata tal-fluss ta’ ħruġ għandha tkun 25 % meta l-kontroparti għat-tranżazzjoni tkun kontroparti eliġibbli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.