|
+Artikolu 31 8. |
Artikolu 31 8.L-istituzzjoni ta' kreditu timmoltiplika l-ammont massimu li jista' jinġibed minn faċilitajiet ta' kreditu impenjati mhux prelevati u ta' likwidità impenjati mhux prelevati oħrajn fi żmien 30 jum tal-kalendarju bir-rata tal-fluss ta' ħruġ korrispondenti kif ġej:
(a)
40 % għall-faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità estiżi għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għall-faċilitajiet ta' kreditu estiżi għal istituzzjonijiet irregolati finanzjarji oħrajn, inklużi impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment, CIUs jew skema ta' investiment limitat;
(b)
100 % għall-faċilitajiet ta' likwidità li l-istituzzjoni ta' kreditu tkun tat lil SSPEs ħlief dawk imsemmija fil-paragrafu 6 u għall-arranġamenti li bihom l-istituzzjoni hija meħtieġa li tixtri jew tpartat assi minn SSPE;
(c)
100 % għall-faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità lil klijenti finanzjarji mhux imsemmija fil-punti (a) u (b) u l-paragrafi 1 sa 7. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|