+Artikolu 33 Limitu massimu fuq Flussi ta' dħul
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.
---+Artikolu 33 5.
---+Artikolu 33 6.
---+Artikolu 33 7.

Artikolu 33 Limitu massimu fuq Flussi ta' dħul

Limitu massimu fuq Flussi ta' dħul

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 33 1.
L-istituzzjonijiet ta' kreditu jillimitaw ir-rikonoxximent tal-flussi ta' dħul tal-likwidità sa 75 % tal-flussi ta' ħruġ totali tal-likwidità kif definit fil-Kapitolu 2 sakemm fluss ta' dħul speċifiku ma jkunx eżentat kif imsemmi fil-paragrafi 2, 3 jew 4.
Artikolu 33 2.

Soġġett għal approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti, l-istituzzjoni ta' kreditu tista' teżenta kompletament jew parzjalment mil-limitu massimu msemmi fil-paragrafu 1 l-flussi ta' dħul tal-likwidità li ġejjin:

(a) 

flussi ta' dħul fejn il-fornitur huwa istituzzjoni prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni ta' kreditu jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali jew marbuta mal-istituzzjoni ta' kreditu permezz ta' relazzjoni skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE;

(b) 

flussi ta' dħul minn depożiti li jkunu saru ma' istituzzjonijiet ta' kreditu oħrajn fi ħdan grupp ta' entitajiet li jikkwalifikaw għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 113(6) jew (7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

flussi ta' dħul msemmija fl-Artikolu 26, inklużi flussi ta' dħul minn self relatat ma' self ipotekarju, jew self promozzjonali msemmi fl-Artikolu 31(9) jew minn bank multilaterali tal-iżvilupp jew entità tas-settur pubbliku li l-istituzzjoni ta' kreditu tkun ittrasferixxiet.

Artikolu 33 3.
Soġġett għal approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti, istituzzjonijiet ta' kreditu speċjalizzati jistgħu jiġu eżentati mil-limitu massimu fuq il-flussi ta' dħul meta l-attivitajiet ewlenin tagħhom ikunu n-negozju ta' lokazzjoni u fatturament, u mhux l-attivitajiet deskritti fil-paragrafu 4, u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5 jiġu ssodisfati.
Artikolu 33 4.

Soġġett għal approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti, istituzzjonijiet ta' kreditu speċjalizzati jistgħu jkunu soġġetti għal limitu massimu fuq flussi ta' dħul ta' 90 % meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5 jiġu ssodisfati u l-attivitajiet ewlenin tagħhom jkunu dawn li ġejjin:

(a) 

il-finanzjament għall-akkwist ta' vetturi;

(b) 

kreditu għall-konsumatur kif definit fid-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Artikolu 33 5.

L-istituzzjonijiet ta' kreditu msemmija fil-paragrafu 3 jistgħu jiġu eżentati mil-limitu massimu fuq flussi ta' dħul, u l-istituzzjonijiet ta' kreditu msemmija fil-paragrafu 4 jistgħu japplikaw limitu massimu ogħla ta' 90 % diment li dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-attivitajiet ta' negozju juru profil baxx ta' riskju tal-likwidità, b'konsiderazzjoni għall-fatturi li ġejjin:

(i) 

l-għażla tal-ħin tal-flussi ta' dħul ikun jaqbel mal-għażla tal-ħin tal-flussi ta' ħruġ;

(ii) 

fil-livell individwali l-istituzzjoni ta' kreditu ma tkunx iffinanzjata b'mod sinifikanti minn depożiti fil-livell tal-konsumatur;

(b) 

fil-livell individwali, il-proporzjon tal-attivitajiet ewlenin tagħhom kif imsemmi fil-paragrafu 3 jew 4 ikun jaqbeż it-80 % tal-karta tal-bilanċ totali;

(c) 

id-derogi jkunu żvelati fir-rapporti annwal.

L-awtoritajiet kompetenti jgħarrfu lill-EBA dwar liema istituzzjonijiet ta' kreditu speċjalizzati ġew eżentati jew huma soġġetti għal limitu massimu ogħla flimkien ma' ġustifikazzjoni. L-EBA tippubblika u żżomm lista tal-istituzzjonijiet ta' kreditu speċjalizzati eżentati jew soġġetti għal limitu massimu ogħla. L-EBA tista' titlob dokumentazzjoni ta' sostenn.

Artikolu 33 6.
L-eżenzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, 3, 4, meta approvati mill-awtorità kompetenti, jistgħu jiġu applikati kemm fil-livelli individwali kif ukoll f'dawk konsolidati soġġetti għall-Artikolu 2(3)(e).
Artikolu 33 7.
L-istituzzjonijiet ta' kreditu jiddeterminaw l-ammont tal-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità skont l-applikazzjoni tal-limitu fil-fluss ta' dħul, skont il-formula stabbilita fl-Anness II ta' dan ir-Regolament

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.